COVID-19
Wuhan bdiet tistejqer – in-nies jirritornaw fit-toroq

Wuhan terġa tistejqer

Wuhan, il-belt Ċiniża li fiha faqqgħet il-pandemija tal-Coronavirus, mil-lum bdiet tistejqer mir-restrizzjonijiet imposti xahrejn ilu u li ħallew 11-il miljun resident maqfulha f’darhom. Karozzi u roti reġgħu bdew jidhru fit-toroq ta’ Wuhan, residenti bdew jixirfu barra minn darhom, u l-ferroviji reġgħu bdew jaħdmu. Il-belt ta’ Wuhan kellha sittin fil-mija tal-każi reġistrati ta’ Coronavirus, imma fl-aħħar ġimgħat il-każi waqgħu drastikament. Ħadd pero mhu se jitħalla joħroġ minn Wuhan sat-8 ta’ April meta mistennija jerġgħu jibdew it-titjiriet domestiċi.

Fir-Renju Unit imutu 260 f’24 siegħa

F’Londra skiet taqtgħu b’sikkina minflok is-soltu ħajja mgħaġġla tal-kapitali Ingliża. Ċentru ewlieni tal-esebizzjoni fil-qalba ta’ Londra qed jinbidel f’wieħed mill-isptarijiet ta’ emerġenza – preżenti biss il-ħaddiema li qed jaħdmu fuq dan il-proġett. U fl-Irlanda miżuri iktar stretti daħlu fis-seħħ għall-ħmistax li ġejjin. In-nies intalbet tibqa ġewwa u toħroġ biss għall-affarjiet essenzjali – miżuria li diġà ddaħħlet fis-seħħ fil-kumplament tar-Renju Unit fejn il-vittmi f’24 siegħa telgħu b’260 biex in-numru ta’ nies mejta bil-Coronavirus tela’ għal iktar minn elf.

Spanja b’ġurnata oħra kerha – imutu 832 f’24 siegħa

Għalkemm in-numru ta’ mwiet fi Spanja issa qiegħed imiss il-ħames t’elef u seba mija, b’żieda ta’ 832 fl-aħħar 24 siegħa, qed jiżdiedu wkoll in-nies li jfiequ mill-Coronavirus. B’kollox s’issa fiequ kważi tnax-il elf u tliet mitt persuna. Spanja tibqa t-tieni pajjiż bl-ogħla numru ta’ mwiet wara l-Italja.

Fil-Ġermanja – ġirja kontra l-ħin għall-produzzjoni tal-ventilaturi

Fil-Ġermanja ġlieda kontra l-ħin u sentenza bejn ħajja u mewt hekk kif kumpanija li timmanifattura l-ventilaturi trid tiddeċiedi fejn se tesporta. Il-kumpanija, l-ikbar waħda fid-dinja, għaddeja 24 siegħa kuljum biex tlaħħaq mad-domanda għal dan l-apparat tan-nifs. Kapaċi timmanifattura mitt elf ventilatur fis-sena, bid-domanda preżenti hija ħafna iktar minn hekk.

Fl-Istati Uniti – Il-General Motors ordnata timmanifattura l-ventilaturi

Fl-Istati Uniti il-President Amerikan Donald Trump ordna lill-kumpanija tal-karozzi General Motors biex taqleb għall-produzzjoni tal-ventilaturi li minnhom il-Gvern Amerikan għandu bżonn mitt elf. L-Istati Uniti għandhom l-ikbar numru ta’ każijiet – 104,000, u mietu 1,700 ruħ.

Il-każijiet attivi ta’ Coronavirus madwar id-dinja issa laħqu s-622,000, bl-imwiet telgħu għal kważi 30,000, u kważi 140,000 oħra fiequ.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Kamra tal-Avukati qalet li tinsab infurmata li l-awtoritajiet tas-saħħa qed iħejju l-protokolli marbuta mal-Covid-19 li għandhom jiġu osservati f’seduti tal-Qorti. Fi stqarrija l-Kamra qalet li dalgħodu kellha laqgħa mal-Ministru tal-Ġustizzja,…

COVID-19

Il-Prim Ministru Robert Abela ċċara dak li ħabbar ilbieraħ dwar il-maħfra tal-multi marbuta ma’ distanza soċjali. Meta kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill-ġurnal MaltaToday illum, il-Prim Ministru qal li l-mekkaniżmu ta’…

Barranin

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19. L-awtoritajiet kienu…

COVID-19

Illum tħabbar li nstab każ wieħed ġdid ta’ Covid-19, wara li f’24 siegħa saru 597 swab test. L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-istess perjodu kienu ddikjarati mfejqa 3 persuni oħra. Huma…

Aktar