Lokali
‘X Factor Malta huwa esperjenza sabiħa għall-kantanti’ – nies b’tifħir għall-produzzjoni

X Factor Malta jinsab ftit jiem biss ‘il bogħod mill-finali. Wara s-serata tal-bieraħ, fadal erba’ finalisti biex jintgħażel ir-rebbieħ ta’ X Factor Malta li fost oħrajn jirrapreżenta jew tirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv Izrael din is-sena. L-opinjoni ġenerali tal-pubbliku li segwa l-ispettaklu hija li l-X-Factor Malta kienet produzzjoni tal-aqwa kwalità waqt li l-produtturi diġà bdew jaħsbu għal edizzjoni oħra f’Ottubru li ġej.

Stennija kbira għas-serata finali ta’ X Factor Malta, wara li saru magħrufa l-erba’ finalisti għas-serata finali tas-Sibt li ġej li huma Owen Leuellen, Nicole Frendo, Petra u Michela Pace. Tlieta mil-finalisti huma pjutost uċuħ ġodda fix-xena tal-ispettaklu.

Il-live shows tal-X Factor Malta li xxandru fuq Television Malta attira udjenza rekord li skont stħarriġ ta’ Dr Vincent Marmara laħqet il-180,000 ruħ. Madankollu l-entużjazmu jinħass iżjed fl-MFCC Ta’ Qali.

Nies li tkellmu ma’ TVM qalu “jiena l-ewwel darba li ġejt nara xi ħaġa daqshekk kbira, inħoss ċertu entuzjazmu sabiħ hawn”. Oħrajn qalu  “insegwihom mid-dar u naf kemm jaħdmu għaliha dil-ħaġa, apparti l-udjenza, u quddiem il-judges ikunu eċċitati”. “Jiena vera jogħġobni, ma nitlifx wieħed u ġejt kollha kważi”.

Bis-suċċess tal-ewwel edizzjoni ta’ X-Factor Malta, diġà tħabbar li din il-produzzjoni ser tkompli fi staġun ieħor f’Ottubru li ġej u bdew anke jintlaqgħu l-applikazzjonijiet mill-kontestanti.

Intant l-erba’ finalisti bħalissa għaddejjin bi tħejjijiet intensivi biex is-Sibt jagħtu l-aqwa tagħhom f’din il-kompetizzjoni. Wieħed mill-finalisti, Owen Louellen li fetaħ is-serata ta’ X Factor tal-bieraħ interpreta Gangster’s Paradise mill-film tal-1995, Dangerous Minds, bil-kantant bħas-soltu jibbrilla fit-teknika tal-istil Hip Hop.

Kantanta oħra li tat prestazzjoni tajba kienet Nicole Frendo, li interpretat is-soundtrack ta’ James Bond, tal-film Skyfall tal-2012, kanzunetta oriġinarjament interpreatata minn Adele. Finalista oħra li wkoll rnexxielha tagħmel isem hija Michela Pace li lbieraħ interpreatat is-soundtrack tal-film Armageddon, I don’t wanna miss a Thing, oriġinarjament kantanta mill-grupp mużikali Aerosmith. Il-kantanta Petra kantantat is-soundtrack mill-film Max Max, bil-kanzunetta We don’t Need another Hero, oriġinarjament kantata mill-leġġendarja Tina Turner.

Bħalissa l-PBS għaddej b’ħidma intensiva għall-finali tas-Sibt. Fil-finali se jkun il-pubbliku permezz tat-televoting li jiddeċiedi min se jkun ir-rebbieħ li se jakkwista kuntratt internazzjonali mal-kumpannija Sony, kif ukoll is-sehem f’isem Malta fil-Eurovision Sont Contest f’Tel Aviv l-Iżrael, f’Mejju li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għandha 19-il sena u ma’ TVM irrakkuntat it-trawma kbira li għaddiet minnha minħabba dak li sejħet estremiżmu fit-twemmin ta’ komunità Nisranija. Amy Attard tirrakkonta kif minħabba hekk qed jitkissru għadd…

Riċerka

Il-lenti tal-kamera provdiet għodda lill-fotografi matul is-snin, biex bir-ritratti tagħhom iħallu xhieda tal-passaġġ tal-istorja. Il-fotografu professjonali Kevin Casha ġabar riċerka fuq kważi mitejn sena ta’ fotografija f’pubblikazzjoni li fiha ritratti…

Ippjanar u bini

Proġett li jekk ikun approvat mistenni jbiddel il-kunċett tat-trasport u l-presenza tal-vetturi fit-toroq. Studju dwar il-possibbiltà ta’ proġett ta’ Metro jew Monorail mistenni jkun ippublikat dalwaqt bil-Prim Ministru Robert Abela…

Politika

Id-19-il deputat tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qalu li f’kull deċiżjoni li qed jieħdu qed jiżguraw li jpoġġu l-interessi tat-tesserati, tal-Partit kif ukoll tal-pajjiż fuq quddiem. Tkompli l-istennija għal direzzjoni mill-President…

Aktar