Kronaka
ARA: Xarabank jieħu n-nar f’Ħal Luqa – il-passiġġieri evakwati

Xarabank tal-Malta Public Transport li kien qed jivvjaġġa fuq ir-rotta 72, għal xi raġuni ħa n-nar dalgħodu f’Ħal Luqa.

Il-passiġġieri abbord ix-xarabank ġew evakwati kollha u ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

Fi stqarrija l-MPT qalet li dwar il-każ infetħet investigazzjoni interna biex tiddetermina l-kawża tal-inċident.

Ritratt: Anne Marie Gauci