Kurżitajiet
X’effett għandu l-missier fuq saħħet it-tarbija?

Trabi li jitwieldu jixbħu lil missierhom ikunu aktar b’saħħiethom meta jagħlqu sena. Dan għax skont studju li sar il-missier iqatta’ aktar ħin magħhom.

Skont ir-riċerka, ix-xebh jinkoraġġixi lill-missirijiet biex iqattgħu aktar ħin magħhom (medja ta’ 2.5 ġranet aktar fix-xahar) għax ikunu aktar konvinti li t-tfal huma ġenetikament tagħhom. Dan il-ħin li l-missirijiet iqattgħu m’uliedhom jissarraf fis-saħħa tat-tfal.

L-istudju : “If looks could heal: Child health and paternal investment” juri li dawk li jixbħu lil missierhom iqattgħu anqas ħin l-isptar jew ibatu minn attakki bl-ażma. Dan dejjem minħabba li preżenza tal-missier.

Dr Solomon Polachek, waħda mir-riċerkaturi u Professur fl-Università ta’ Binghamton qalet li huwa importanti li l-missirijiet ikunu preżenti fil-ħajja tat-tfal u li dan jirriżulta fis-saħħa tat-tfal .

L-istudju analizza 456 familja fejn it-trabi għexu biss m’ommhom u oħrajn li għexu mat-tnejn. Fl-aħħar każ li l-ġenituri kienu preżenti t-tnejn, it-trabi kienu jixbħu lil missierhom.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt irġiel spiċċaw fl-idejn meta kienu abbord ajruplan tar-Ryanair f’titjira minn Prestwick fi Glasgow għal Tenerife. Filmati miġbuda minn passiġġiera li kienu fuq l-ajruplan juru raġel bid-demm ma’ wiċċu wara…

Ambjent

Balena li nġarret mejta mal-kurrent fil-Filippini xxokkjat lir-riċerkaturi meta sabu li fl-istonku tagħha kellha mal-40kg plastik. Il-ħaddiema ta’ D’Bone Collector Museum kitbu fuq Facebook li l-balena kellha l-istonku mimli plastik,…

Barranin

Tfajla li marret biex tiġbor iż-żarbun tat-tieġ sabet sorpriża kbira tistennieha. Meta marret biex tiġbor iż-żarbun, sabet li fil-qiegħ tiegħu kien hemm messaġġ miktub mingħand ommha. F’Diċembru, 2016, Emma Letts,…

Barranin

Il-Forzi tas-Sigurtà Olandiżi arrestaw Tork ta’ 37 sena suspettat li kien l-agressur fi sparatura fil-belt ta’ Utrecht, li ħalliet tliet persuni mejta u ħamsa oħra midruba. L-aggressur huwa raġel Tork…

Aktar