Kurżitajiet
X’effett iħalli l-alkoħol fuq il-ġilda?

Il-ġilda qatt ma tidher tajjeb l-għada ta’ xi xarba tajba.

L-esperta tal-ġilda Debbie Thomas qed twissi li min iqatta’ xi lejl jixrob, il-ġilda tal-wiċċ tlaqqatha l-agħar tant li tkun qed tirriskja li jkollok ċrieki suwed madwar l-għajnejn, ponot u ħmurija fil-wiċċ.

Id-dermatoloġista li hija bbażata Londra, bi klijentela bħal Dua Lipa, Jourdan Dunn u Poppy Delevingne, qed tgħid għalkemm wieħed jaħseb li dawn l-effetti ma jdumux jidhru fil-wiċċ, iżda tista’ ssir ħsara permanenti.

Debbie Thomas qed tgħid li l-alkoħol jikkawża n-nuqqas ta’ ilma fil-ġilda u għalhekk tista’ tieqaf tipproduċi ċelloli ġodda.  Dan jista’ jwassal għal dannu fil-ġilda tal-wiċċ, li ssir iktar sensittiva minħabba l-irritazzjoni li tista’ tikkawża iktar ħmura.

Jekk tixrob l-alkoħol darba kultant il-ġilda ma titkabarx wisq, iżda xorta hemm ċans li ma tiskansax in-nuqqas ta’ ilma fil-wiċċ.  Dan jista’ jwassal għan-nefħa f’partijiet oħra tal-ġisem ukoll, iżda hemm ċans lil taffettwa ċ-ċirkolazzjoni fil-futur.

Il-parir huwa li meta ma tkunx tista’ tevita li tixrob l-alkoħol, huwa tajjeb li tixrob kemm tiflaħ ilma matul il-ġurnata u anke bejn grokk u ieħor.

L-aħjar li tixrob alkoħol li ma tantx għandu zokkor, bħall-vodka u inbid “dry”.  Xi ħaġa oħra importanti hija l-irqad għax dan huwa ħin prezzjuż għall-ġilda biex tirriġenera.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar