Familja
X’effett iħalli fuq it-tfal it-tilwim bejn il-ġenituri li jisseparaw?

Wada mill-agħar konsegwenzi tat-tilwim bejn il-ġenituri speċjalment f’każi ta’ separazzjoni hija dik magħrufa bħala parental alienation, meta ġenitur jgħawwi lill-ulied kontra l-ġenitur l-ieħor. Fil-jum li fih qed titqajjem kuxjenza dwar din il-problema, l-Assistent Direttur fl-Aġenzija Appoġġ, Remenda Grech, qalet li huma jaraw it-tbatija u t-trawma psikoloġika li jgħaddu minnha t-tfal meta jinqabdu f’sitwazzjonijiet bħal dawn.

Parental alienation hija meta ġenituri jimmanipulaw lit-tfal kontra l-ġenitur l-ieħor. Ħafna drabi din isseħħ f’każijiet ta’ separazzjoni meta l-ġenituri ma jkunux għadhom jgħixu flimkien u l-ulied jisimgħu diskors dispreġġjattiv u saħansitra jagħwu kontra l-ġenitur l-ieħor u anke jippruvaw iċaħdu jew inaqsu l-aċċess mal-ġenitur l-ieħor, kultant anke b’ċertifikati mediċi.

L-Assistent Direttur tal-Aġenzija Appoġġ, Remenda Grech tkellmet fuq il-ħsara psikoloġika li din toħloq fuq it-tfal.

Remenda Grech “tajjeb li niftakru li t-tfal fl-aħħar mill-aħħar se jkunu jħobbu lill-ġenituri t-tnejn l-istess però meta se jkunu f’sitwazzjoni li jisimgħu kliem dispreġġjattiv kontra l-ġenitur l-ieħor, hemmhekk se ssir ħafna u ħafna ħsara psikoloġikament fuq it-tfal ukoll. U meta nibdew nippruvaw nifhmu minn fejn ġejja din il-biża’, dan l-inkwiet lejn il-ġenitur l-ieħor, nirrealizzaw li fil-verità mhux għax ikun sar xi att mill-ġenitur, imma minħabba d-diffikultà u minħabba xi kliem li t-tifel ikun qed jisma’ fil-konfront tal-ġenitur l-ieħor. Propju biex ma jaqlax ġlied, it-tifel jew it-tifla tagħżel li ma tmurx tara lill-ġenitur ħalli kemm jista’ jkun hi fil-moħħ ta’ dat-tifel jew tifla tgħid jien se nipprova nżomm il-paċi. Allura hemmhekk qed naraw kemm qed ngħabbu lit-tfal b’responsabbilità li fl-aħħar mill-aħħar mhi qatt tagħhom.”

Minħabba din il-kwistjoni ta’ parental alienation, l-Aġenzija Appoġġ ħolqot korsijiet ta’ sitt ġimgħat li jissejħu co-parenting courses, bl-għan li ġenituri li jew qed jisseparaw, jew diġà sseparaw, jistgħu jsibu triq tan-nofs fir-rigward ta’ kif għandhom iġibu ruħhom ma’ uliedhom. Remenda Grech qalet li l-korsijiet jgħinnu lill-ġenituri jifhmu li lil hinn mir-relazzjoni ta’ bejniethom li tkun intemmet, huma dejjem jibqgħu l-ġenituri ta’ uliedhom li min-naħa tagħhom għandhom bżonnhom it-tnejn.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar