Ekonomija u Finanzi
X’effetti se tħalli l-pandemija fuq l-ekonomija Maltija?

Għalkemm minn tmiem il-ġimgħa li għaddiet beda jitbexxa l-bieb biex terġa’ tibda l-attività ekonomika fil-pajjiż, stħarriġ xjentikfu li sar minn Dr Vincent Marmara juri li d-domanda mill-konsumaturi ser tibqa’ kajman bil-konsumaturi jippreferu jistennew sakemm jinstab il-vaċċin qabel nirritornaw għan-normalità. Minkejja li x-xenarju ekonomiku mhux daqstant pożittiv, l-istudju jtenni li Malta ser tirkupra d-daqqa ekonomika qabel ħafna pajjiżi oħrajn.

L-istħarriġ dwar il-fiduċja tal-konsumaturi fl-era tal-pandemija li sar minn Dr Vincent Marmara u Sagalytics joffri bażi għat-tieni nota ekonomika li saret mill-uffiċċju tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

Minn din l-analiżi joħroġ li d-domanda mill-konsumaturi li f’Malta kienu wieħed mill-muturi tal-attività ekonomika mhix ser terġa’ lura malajr għal-livell li kienet qabel Marzu li għadda meta feġġ l-ewwel każ ta’ Covid-19 lanqas jekk jiġi żviluppat il-vaċċin.

L-analiżi turi li t-tendenza tal-konsumaturi li jkunu lesti li jonfqu ser tibqa’ affettwata għal żmien mhux ħażin minħabba l-burdata negattiva li ġabet il-pandemija u li affettwat il-bwiet ta’ bosta konsumaturi.

Tgħid li f’dawn iċ-ċirkustanzi huma essenzjali li jitfasslu miżuri korrettivi li jinċentivaw l-infiq u li jreġgħu lura l-fiduċja fil-konsumaturi anke f’dak li għandu x’jaqsam mas-sigurtà fl-istabilimenti tan-negozju.

Fin-nota ekonomika jsir l-argument li jekk il-konsum domestiku jiżdied iservi biex imewwet id-daqqa ekonomika u jgħin biex Malta toħroġ mill-effetti tal-kriżi ekonomika tal-pandemija b’pass aktar mgħaġġel la darba fis-suq ikun hawn it-tilqima kontra l-Coronavirus.

Twissi li l-aspetti ekonomiċi u soċjali tal-pandemija ser ikollha effett sproporzjonat fuq il-mara b’uħud li ma jibqgħux attivi fis-suq tax-xogħol jekk jiddeċiedu li ma jibgħatux lill-uliedhom fiċ-child care centres. Dan ukoll ser ikollu impatt negattiv fuq is-suq tax-xogħol u d-dħul tal-familji.

Isir ukoll l-argument favur li tingħata spinta lill-parteċipazzjoni akbar fis-suq tax-xogħol waqt li jingħad li jekk il-mara tinqata’ mid-dinja tax-xogħol ikun aktar diffiċli li terġa’ tidħol għall-impjieg. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar fost il-konsumaturi aktar kmieni dax-xahar, huwa stmat li l-konsum domestiku ser jonqos bi 11% sakemm jinstab il-vaċċin u anke wara li jinstab xorta jibqa’ madwar 2% taħt il-livell li kien sas-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Wara li l-Università ta’ Malta semgħet id-dispjaċir tal-istudenti u l-familjari tagħhom għall-aħbar li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni se jiġu posposti hija qalet li se ssib soluzzjoni biex dawn isiru fiż-żmien tagħhom. Ilbieraħ…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ madwar 50 immigrant żbarkaw matul il-lejl li għadda f’Malta wara li kienu ilhom ġranet abbord il-bastiment  MV Talia. F’kitba fuq twitter l-għaqda Alarm Phone, qalet li wara ġranet maqbuda…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

Aktar