Politika
Xejn kummenti wara laqgħa msejħa għal għarrieda minn grupp ta’ deputati tal-PN

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard fil-laqgħa l-viċi kap għall-affarijiet tal-Parlament, David Agius.

Il-laqgħa ssejħet minn grupp ta’ deputati wara li rapport tas-Sunday Times of Malta semma li għaddew messaġġi bejn Dr Delia u Yorgen Fenech wara li kien sar magħruf li Fenech hu s-sid tal-kumpanija 17 Black.  Il-Ħadd filgħodu kien ġie rappurtat li xi deputati talbu li l-grupp parlamentari jitlaqqa’ b’urġenza wara dak żvelat fil-media. Fi stqarrija kmieni wara nofsinhar Dr Delia qal li din il-ġimgħa se jlaqqa’ grupp parlamentari biex jiżgura li l-Partit Nazzjonalista jkompli bil-ħidma fit-tfittxija għall-verità u l-ġustizzja.

X’ħin ħarġu mid-Dar Ċentrali, ħadd mid-deputati li attendew ma ta kummenti lill-ġurnalisti. Għalkemm ftit wara l-10.30 p.m. infetaħ il-bieb prinċipali tad-Dar Ċentrali u nxtegħlu d-dawl, ftit wara l-bieb reġa’ ngħalaq u d-dawl ta’ ġewwa ntefa’. F’dan il-mument ma ngħata ebda kumment uffiċċjali, lanqas mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Sakemm il-ġurnalisti telqu minn fuq il-post, ma kienx magħruf jekk Dr Delia ħariġx mill-binja.

Aktar qabel, f’intervista fuq il-media tal-partit nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għalr-rapport dwar messaġġi fuq whatsapp li għaddew bejnu u Yorgen Fenech u allega li dawn huma manuvri min-nies fil-Partit Laburista u l-Gvern biex jattakkawh u jintimidawh.

Aktar kmieni:

AĠĠORNAT: Deputati Nazzjonalisti llejla ltaqgħu fid-Dar Ċentrali

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar