Politika
Il-Ministru Ian Borg jindika li jista’ jikkontesta l-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista

Il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg indika li jista’ jikkontesta l-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista.

F’post fuq il-midja soċjali tiegħu, Dr Borg qal li se jkompli jiltaqa’ ma’ aktar familji u se jibqa’ jaħdem mal-poplu biex ma jħalli l-ebda xkiel u interess negattiv, ikisser l-għaqda li qal xettlet is-suċċess. Żied jgħid li fil-jiem li ġejjin il-Partit Laburista se jieħu deċiżjonijiet importanti u li l-appoġġ tal-poplu hu l-kuraġġ tiegħu. Temm jgħid li xejn mhu se jżommu milli jagħmel dak kollu possibbli.

Il-Ministru Borg kiteb li bħala moviment u Gvern, se jdawwar kull sfida f’opportunità biex ikun hemm aktar ġustizzja, aktar progress u aktar għaqda għall-familji kollha f’Malta u Għawdex.

In-nomini għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista jibdew jintlaqgħu nhar it-Tnejn li ġej u jagħlqu l-Erbgħa. Ilbieraħ l-ewroparlamentari Miriam Dalli ħabbret li mhix se titfa n-nomina tagħha biex tkun kandidat għall-elezzjoni ta’ Mexxej Laburista waqt li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Robert Abela indikaw li jistgħu jkunu kandidati għas-suċċessur ta’ Dr Joseph Muscat.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar