Xenati bejn il-familja u l-Fondazzjoni Strickland fuq l-għatba ta’ Villa Parisio

Il-werrieta ta’ Mabel Strickland għadhom maqbuda f’battalja legali dwar id-drittijiet tagħhom għall-użu u l-pussess ta’ Villa Parisio f’Ħal-Lija li kienet r-residenza ta’ Mabel Strickland u missierha Sir Gerald Strickland li kien Prim Ministru ta’ Malta.

Il-kwistjoni li għadha tbaqbaq 27 sena wara l-mewt ta’ Mabel Strickland.

Villa Parisio f’Ħal Lija – Din il-proprjetà u l-kontenut tagħha huma suġġett ta’ kawża fil-Qorti li ħames snin ilu nfetħet minn Robert Hornyold Strickland kontra l-Fondazzjoni Strickland.

Robert, neputi ta’ Mabel bħala l-werriet tagħha isostni li għandu dritt juża Villa Parisio bħala residenza sakemm jibqa’ ħaj mingħajr ħadd ma jidħol fuqu.

“The Strickland foundation council originally set up by my husband’s aunt for herself and for her heirs in perpetuity insist on entering our home in breach of our human rights, privacy and a family life. Under the Euro convention of human rights articles 8 and 12 of those, since Mabel’s death 20 years ago her heir was never invited onto the Strickland Foundation council which is also a scandal,” qal Dee Hornyold Strickland.

Il-familja Strickland tinsisti li l-Fondazzjoni Strickland għandha teżerċita s-saħħa ta’ Artiklu 1 tal-Istatut tagħha u tfittex sede alternattiva.

Min-naħa l-oħra l-Fondazzjoni tgħid li hija s-sid ta’ Villa Parisio u għandha dritt tiltaqa’ hemm.

“Sfortunament familja ma tridx tħalli fondazzjoni topera mill-post legittimu tagħha u għal numru kbir ta’ snin kienu jsiru laqgħat tal-fondazzjoni hawnhekk. Minn meta Robert Hornyold Strickland ġie lura Malta beda joġġjezzjona għal dan. Id-drittijiet li għandha l-fondazzjoni huma mniżżlin fi-testment. Aħna ppruvajna nilħqu kompromess medjazzjoni sfort ma wasalniex,” qal Peter Portelli.

Il-kwistjoni kollha ddur madwar l-interpretazzjoni ta’ żewġ klawsoli partikolari fit-testment ta’ Mabel li hi kitbet personalment ftit xhur qabel mietet fl-1988.

Klawsola minnhom tgħid li Mabel qed tħalli b’legat Villa Parisio u l-kontenut tagħha lill-Fondazzjoni Strickland. Fi klawsola oħra Mabel tgħid li kienet qed tħalli l-użufrutt “tal-kmamar tal-mistednin, kamra tal-banju u studju” li jinsabu fl-istess Villa lin-neputi Robert Hornyold Strickland “bil-kundizzjoni li dan ma jtellef bl-ebda mod mix-xogħol tal-Fondazzjoni”.

Din li tidher bħala ambigwità fit-testment qed toħloq xennati bejn l-familja Strickland u l-Fondazzjoni.

It-Tlieta filgħaxija il-membri tal-kunsill amministrattiv tal-Fondazzjoni kienu se jiltaqgħu f’Villa Parisio iżda fuq l-għatba sabu tistennihom lill-koppja Hornyold Strickland li filwaqt li qrawlhom dikjarazzjoni talbuhom biex ma jiksrux id-drittijiet tal-bniedem tagħhom u ma jirfsux ġewwa. Iżda l-membri tal-Fondazzjoni daħlu xorta għax sostnew li l-uffiċċju tagħhom jinsab ġewwa.

tvm.com.mt staqsa lill-familja kif minn banda qed jikkontestaw l-aċċess tal-Fondazzjni għal Villa Parisio iżda fl-istess ħin ma jbiddlux is-serratura.

“That is I’am afraid a matter you have to take up with the lawyers and I don’t want to say anthing more than that other than the statement. But it’s a good question and I don’t want to comment any further and I want to end the interview here please,” qal Dee Hornyold Strickland.

Il-pożizzjonijiet taż-żewġ naħat jikxfu l-għatu fuq is-sitwazzjoni li jinsabu fihom ħafna werrieta bid-differenza li f’dan il-każ qed nitkellmu fuq patrimonja nazzjonali għaliex Mabel Strickland kienet ġurnalista u membru parlamentari, u wkoll bint wieħed mill-ewwel Prim Ministri ta’ Malta.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia sejjaħ laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li se ssir bħal-lum ġimgħa. Fost it-temi fuq l-aġenda hemm imniżżla l-punti, ‘Qagħda Politika’ u ‘Azzjoni Konkreta’. Intant, TVM jinsab infurmat…

Ambjent

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ippospona d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għall-bini ta’ supermarket tal-Lidl fi Triq Ħ’Attard Ħaż-Żebbuġ li huwa ppjanat li jsir fuq medda art ta’ 2,200 metru kwadru flimkien ma’ parkeġġ…

Turiżmu

Skont studju kkummissjonat mill-MHRA, sitta fil-mija tal-lukandiera f’Malta jemmnu li sa tmiem is-sena d-dieħla t-turiżmu jista’ jirkupra għal kif kien qabel il-pandemija tal-COVID-19. 17% qalu li n-numri tat-turisti tas-sena li…

Aktar