Barranin
Xettiċiżmu dwar it-taħdidiet rigward Brexit fi Brussell

It-taħditiet dwar Brexit mistennija jkomplu fi Brussell aktar tard illum, bin-negozjaturi Ingliżi qed iħeġġu lill-Unjoni Ewropea biex turi flessibilità u immaġinazzjoni.

Is-Segretarju Ingliż ta’ Brexit David Davis irid li d-diskussjonijiet jinkludu wkoll il-kummerċ.  Madankollu, l-Unjoni Ewropea qed tgħid li ma kienx hemm progress fuq kwistjonijiet li jinkludu d-drittijiet taċ-ċittadini u l-fruntiera mal-Irlanda.

Kemm ir-Renju Unit, kif ukoll l-Unjoni Ewropea ddikjaraw li mhux mistenni li jkun hemm avvanzi fit-tielet “round” ta’ diskussjonijiet.