Ambjent
X’fadal mis-siġar li tħawlu fi Triq Bormla

Lanqas għamlu ġimgħa wħud mis-siġar taċ-ċawsli li tħawlu minn Infrastructure Malta fi Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok (Triq Bormla).

Infrastructure Malta ħadet l-inizjattiva li ssebbaħ it-triq b’dawn is-siġar peress li dawk li kienu hemm qabel kienu mietu bil-mard.

Fi stqarrija, Wirt Iż-Żejtun qalet li min wettaq dan l-att tal-mistħija huwa kodard.