Kultura
X’fih imprezzabbli l-Kunvent tad-Dumnikani tal-Birgu?

L-armar li kien jintuża fil-festi esterni fil-festa ta’ San Duminku iktar minn mitt sena ilu jinsabu f’wirja fil-Kunvent tad-Dumnikani fil-Birgu. Jumejn bogħod minn edizzjoni oħra tal-Birgu by Candle Light, il-kunvent tad-Dumnikani qed jiftaħ il-bibien tiegħu għall-wirja li fiha hemm esebit l-armar li kien jintuża fil-festi esterni ta’ San Duminku iktar minn mitt sena ilu.

Il-Kumitat tal-Festa Esterna ta’ San Duminku fil-Birgu ħass li l-ħafna armar antik li kien jintuża kważi mitt sena u li kien ilu ħafna żmien ma jara d-dawl, jitgawda mill-pubbliku f’esebizzjoni b’oġġetti li jiddokumentaw l-istorja tal-armar tal-festa fil-Birgu.

Minbarra ritratti antiki tal-armar, l-istatwi ta’ San Duminku hemm esebit anke programm antik tal-festa fl-1921.

Matul iż-żmien il-Birgu matul iż-żmien kiseb fama għall-armar tal-festa esterna, anke minħabba li minn żmien għal żmien jikkummissjona statwi u pavaljuni ġodda. Il-wirja li tinsab fil-Kunvent tad-Dumnikani ser iddum miftuħa sa nhar is-Sibt għall-okkażjoni ta’ Birgu by Candle Light.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar