Barranin
X’fittxew l-aktar in-nies fuq il-Google fl-2018?

Hekk kif is-sena 2018 riesqa fit-tmiem bdew jiġu ppubblikati l-aktar tfittxijiet li saru fuq il-Google matul is-sena.

Mingħajr ebda sorpriża t-Tazza tad-Dinja kienet l-aktar waħda popolari.

Wara t-Tazza tad-Dinja kien hemm Avicii li tilef ħajtu nhar l-20 ta’ April li għadda.

Meghan Markle kienet l-aktar persuna mfittxija fil-Google fl-2018. Nhar id-19 ta’ Mejju li għadda Markle żżewġet lill-Prinċep Harry. Isegwuha hemm Demi Lovato u Sylvester Stallone.

Sylvester Stallone kien ukoll l-aktar attur li ġie mfittex tul din is-sena. Isegwuh Logan Paul u Pete Davidson.

Black Panther kien l-aktar film imfittex fuq il-Google. Isegwuh Deadpool 2 u Venom.