Unjoni Ewropea
X’futur se nagħżlu għall-Ewropa? Segwi d-dibattitu llejla fuq TVM u tvm.com.mt

Qed nersqu aktar viċin lejn Jum l-Elezzjoni!

L-ewwel postijiet tal-votazzjoni fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jiftħu biex jilqgħu lill-votanti nhar il-Ħamis 23 ta’ Mejju u sal-Ħadd 26 ta’ Mejju ċ-ċittadini koillha tal-UE se jkollhom l-opportunità li jivvutaw għal Unjoni Ewropea mġedda. F’Malta nivvutaw is-Sibt 25 ta’ Mejju.

Din il-ġimgħa ieqaf mument u aħseb: x’futur se nagħżlu għall-Ewropa?

Illejla fid-9pm rappreżentanti minn partiti politiċi differenti se jieħdu sehem f’dibattitu fil-Parlament Ewropew li se jixxandar fl-UE kollha. Wieħed mill-parteċipanti se jsir il-President tal-Kummissjoni u se jmexxi l-Unjoni tagħna għall-ħames snin li ġejjin.

Għaldaqstant uża din l-opportunità biex issawwar l-opinjoni tiegħek dwar il-futur li tixtieq.

Segwi d-dibattitu fid-9pm fuq TVM jew tvm.com.mt, fejn tista’ ssegwi wkoll dak li jkun qed jintqal bil-lingwa tas-sinjali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Ombudsman laqa’ t-talba tiegħu u lest jinvestiga l-kontijiet tad-dawl u l-ilma li l-famiji qed ikollhom iħallsu. Il-Viċi Kap Nazzjonalista David Aguis flimkien mal-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew…

Storja

Fl-2018 saru s-siti storiċi ta’ Heritage Malta 1.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 400,000 ruħ meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.  Din iż-żieda fil-viżitaturi tirrifletti wkoll fid-dħul finanzjarju tal-aġenzija li s-sena…

Edukazzjoni

Il-Gvern għadda lill-Università ta’ Malta madwar sittin tomna ta’ art, bil-Prim Ministru Joseph Muscat jgħid li dan huwa l-ikbar investiment kapitali li qatt sar fl-Università. B’dan il-ftehim, l-Università ta’ Malta…

Aktar