Unjoni Ewropea
X’futur trid wara l-25 ta’ Mejju li ġej?

Bil-għan li jħeġġeġ lin-nies jivvutaw għall-elezzjoni tal-Membri Parlamentari Ewropej tal-25 ta’ Mejju, il-Parlament Ewropew nieda l-filmat “Agħżel il-Futur Tiegħek”.  Il-filmat, li huwa parti mill-kampanja elettorali tal-Parlament Ewropew ibbażata fuq is-sentiment tal-għaqda, ħalla impatt eċċezzjonali, u f’ġimgħa l-utenti fuq l-internet rawh għal aktar minn 75 miljun darba.

Il-filmat għandu s-sottotitli fl-24 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll f’lingwi ta’ pajjiżi oħrajn tal-UE għal total ta’ 32 verżjoni, kif ukoll 5 lingwi ewlenin fid-dinja li huma l-Għarbi, iċ-Ċiniż, ir-Russu, il-Ħindi u t-Tork).  Sar ukoll f’31 lingwa tas-sinjali u bil-lingwa internazzjonali tas-sinjali, bl-appoġġ tal-Unjoni Ewropea tal-Persuni Torox.

Il-filmat jiddokumenta l-mumenti intensivi, sbieħ u fraġli meta t-trabi jitwieldu madwar l-Ewropa u għandu l-għan li jħeġġeġ lin-nies jirriflettu dwar ir-raġuni għala nivvutaw. Kull twelid li jintwera fil-filmat huwa filmat miġbud realment.

Bħala wieħed mill-elementi ċentrali tal-kampanja elettorali tal-Parlament għall-elezzjonijiet Ewropej 2019, il-film għandu l-għan li jqajjem il-kuxjenza fost l-Ewropej tal-valuri, l-emozzjonijiet u r-responsabbiltajiet li jikkondividu. U jġegħelna naħsbu x’futur irridu għal dawk li se se jiġu warajna.

Il-kampanja tal-Parlament Ewropew tinkludi wkoll il-pjattaforma diddarbasenivvota.eu bil-għan li tħeġġeġ lin-nies jinvolvu ruħhom fl-elezzjonijiet Ewropej. S’issa nkitbu mal-pjattaforma iżjed minn 270,000 persuna.  L-elezzjonijiet madwar l-UE ser isiru fit-28 pajjiż membru tal-UE bejn it-23 u s-26 ta’ Mejju. F’Malta dawn ser isiru s-Sibt 25 ta’ Mejju 2019.

Ara wkoll:

Il-Maltin pożittivi dwar is-sħubija fl-UE, il-maġġoranza se jivvutaw fl-elezzjoni tal-MEPs

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

L-istudenti fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern li għażlu suġġetti vokazzjonali, minn Settembru li ġej se jibda jkollhom il-lezzjonijiet minn klassijiet li ngħataw bixra differenti għax ġew mgħammra b’apparat li jixbah dak li…

Agrikultura

Deskritt bħala wieħed mill-ifjen żjut minn esperti u chefs magħrufa internazzjonalment, fosthom Jamie Oliver, iż-żejt taż-żebbuġa Malti għandu karatteristiċi partikulari li jiddistingwuh. Sejbiet arkeoloġiċi juru li elfejn sena ilu, ir-Rumani…

Kultura

Niċċa bi statwa devota tar-Redentur, fit-triq għal Marsaxlokk, se tiġi restawrata. Ix-xogħol se jsir mid-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena. Il-Perit…

Annimali

Numru ta’ kuċċiera qalu li qegħdin jikkunsidraw li jiftħu kawża fil-Qorti biex ireġġgħu lura l-avviż legali li bih ma jistgħux jaħdmu bil-karrozzin bejn is-siegħa u l-erbgħa ta’ waranofsinhar f’Lulju u…

Aktar