Barranin
X’ġara fl-ewwel dibattitu bejn bejn iż-żewġ kandidati prospettivi għall-elezzjonijiet Amerikani f’Novembru li ġej?

Kienet arja konfrontattiva u ta’ rabja li kkaratterizzat l-ewwel dibattitu bejn iż-żewġ kandidati prospettivi għall-elezzjonijiet Amerikani f’Novembru ta’ din is-sena.

Il-president u kandidat repubblikan Donald Trump u l-kandidat demokratiku Joe Biden tlewmu u argumentaw fuq diversi aspetti mill-Covid-19 u l-mod kif Trump ittratta din il-kwistjoni għall-kriminalità, il-kura tas-saħħa u f’xi waqtiet anki il-membri familjari tagħhom.

Mument kruċjali li kkarratterizza d-dibattitu wasal meta Trump kien sfidat biex jikkundanna is-supremisti bojod hekk kif l-Amerka kienet mimlija tensjoni minħabba ġlied immotivat minn mibgħeda razzjali.

Miljuni segwew id-dibattitu li tmexxa mill-ġurnalist tal-FOX News Chris Wallace.