Barranin
X’għamel biex prova jaħrab mill-ħabs?

Fil-Brażil, traffikant tad-droga prova jaħrab mill-ħabs meta prova jinganna lill-gwardjani tal-ħabs billi libes bħal bintu ta’ 19-il sena wara li din żaritu fil-ħabs. Bintu baqgħet fiċ-ċella waqt li huwa ppoża tagħha.

Filmat li ħareġ mill-awtoritajiet tal-ħabs f’Rio de Janiero, juri lil Clauvino Da Silva liebes parrokka, maskra tas-silicon u ħwejjeġ tan-nisa.

Uffiċjali qalu li bintu tista’ tkun akkużata li għenet biex missierha jipprova jaħrab mill-ħabs. Clauvino da Silva, li huwa magħruf bħala Bangu 3, qed jiskonta sentenza ta’ 74 sena ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Tliet uffiċjali għolja ma nstabux ħatja ta’ traskuraġni mill-Qorti tal-Ġappun, fl-uniku każ kriminali marbut mad-diżastru tal-impjant nukleari Fukushima tmien snin ilu. Meta fl-2011 tsunami laqat l-impjant ta’ Tokyo Electric Power,…

Barranin

Mara fl-Afrika t’Isfel saqet bil-Pulizija fuq il-bonnet biex tevita li taqla’ ċitazzjoni. Il-filmat inqabad minn persuni li kienu għaddejjin mill-karreġġjata ta’ biswitha. Il-mara, li għandha 27 sena, allegatament saqet bil-Pulizija…

Kurżitajiet

Partiċelli tal-karbonu nstabu fis-sekonda ta’ dawk in-nisa tqal li kienu esposti għat-tniġġis fl-arja. Dan qaluh ix-xjentisti li kienu għaddejjin b’riċerka biex jaraw jekk il-kwalità tal-arja li tkun esposta għalih l-omm…

Barranin

Il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson għandu tnax-il jum biex jagħmel il-pjani tiegħu biex ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Il-Prim Ministru tal-Finlandja Antti Rinne qal li hu l-President Franċiż Emmanuel…

Aktar