X

X’għandek tagħmel biex tbakkar kmieni?

Minkejja li ħafna jkunu jixtiequ jqumu kmieni huma bosta li jsibuha iebsa li jgħollu rashom minn fuq l-imħadda u jtiru minn fuq is-sodda.

Jekk tixtieq tbakkar kmieni u mas-6am tkun diġà bdejt il-ġurnata tiegħek għandek bżonn toħloq rutina ta’ kull filgħodu.

Dawn huma ftit pariri ta’ x’għandek tagħmel:

Agħmel l-alarm bid-diska li tisma’ fil-gym. Ġeneralment aħna nisimgħu mużika skont il-burdata jew dak li nkunu qed nagħmlu fil-mument. Ġeneralment meta wieħed jagħmel it-taħriġ jew imur xi ġirja jitfa’ f’widnejh mużika li tagħtih l-enerġija jew timmotivah biex fil-gym jibqa’ għaddej għal rep żejda. Għalhekk wieħed għandu jibda l-ġurnata tiegħu b’mużika li tagħti l-enerġija u b’hekk jirnexxilek tarmi l-lozor minn fuqek u tqum biex tibda l-ġurnata.

Jekk se tqum b’alarm normali, aktarx it-tentazzjoni tkun li tagħfas l-isnooze. Jekk trid tevita dan poġġi l-alarm ‘il bogħod minn fejn tilħqu. B’hekk int iġiegħel lilek innifsek tqum biex titfi l-alarm. Għaldaqstant int irbaħt lilek innifsek u qomt minn fuq is-sodda.

Qabel ma torqod ħu ħsieb li tlesti tazza ilma għall-għada filgħodu. Dik it-tazza ilma filgħodu tagħmel id-differenza kollha. Dan minħabba li wara li tkun ilek mas-6 jew 8 sigħat bla ilma, il-ġisem ikun jeħtieġ ftit ilma.

S’issa rnexxielna nqumu minn fuq is-sodda u xrobna ftit ukoll. Għalhekk issa wasal il-ħin li nippreparaw irwieħna għall-ġurnata. Dan billi nqatgħu minuta b’xi attività differenti. Din se tgħin biex il-ġurnata tkun aktar produttiva.

Sabiex tkun aktar ħerqan għal ġurnata aqbad l-aktar affarijiet eċitanti jew importanti li għandek u ibda minnhom. L-aħjar li qabel torqod tippjana l-ġurnata tal-għada biex tara biex l-aħjar li tibda l-għada.

Fuq kollox il-kolazzjon jilgħab parti importanti mill-ġurnata. Għalhekk wieħed għandu jiekol kolazzjon tajjeb.

Din ir-rutina hija sfida, madankollu din se tgħinek biex tbakkarlu kmieni u ttir minn fuq is-sodda qabel is-6am.

av :