Kurżitajiet
X’għandek tagħmel biex tibda l-ġurnata b’anqas stress?

Sakemm m’intix wieħed minn dawk in-nies li ttir minn fuq is-sodda tarmi l-enerġija, l-għodwiet jafu jkunu iebsin.

Madankollu hemm diversi affarijiet ta’ x’wieħed jista’ jagħmel biex jibda l-ġurnata b’aktar trankwilità.

Esperti jissuġerixxu 7 affarijiet ta’ x’wieħed għandu jagħmel biex jibda l-ġurnata b’anqas stress. Dan ma jfissirx li se ssir persuna tal-għodwa!

L-ewwel ħaġa li għandek tagħmel huwa li tipprepara l-ħwejjeġ u l-affarijiet li se jkollok bżonn l-għada minn qabel ma’ torqod.

L-espert Peggy Duncan jgħid li wieħed għandu jibda jippjana l-ġurnata tal-għada qabel ma jidħol fis-sodda. Jissuġġerixxi biex wieħed ma jqumx filgħodu u jkun għandu jara x’se jilbes, x’se jagħmel u kif sejjer fejn għandu jmur.

Għalkemm forsi wieħed ma jaqbilx, l-esperti jissuġġerixxu biex wieħed ma jużax il-kanzunetta favorita tiegħu bħala alarm. Dan minħabba li kull meta se tismagħha se toħloqlok stress.

It-tielet ħaġa li għandek tagħmel hija li tqum kmieni biżżejjed biex b’hekk ma jkollokx ħafna ġenn. Għalkemm tinstema’ sempliċi, fir-realtà taf tħalli ħafna effett fuqek.

Pariri oħra huma li tqum għar-riħa tal-kafè u li xħin tiftaħ għajnejk titfagħhomx mal-ewwel fuq il-mowbajl.

Waqt li tkun qed tniżżel il-kafè ħu l-ħin tiegħek fis-silenzju u agħti ċans lilek innifsek tqum bil-mod u tipprepara għall-ġurnata.

L-aħħar ħaġa li għandek tagħmel qabel titlaq għax-xogħol hija li tiċċekkja x’għandek għal matul il-ġurnata.

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-imprenditur Taljan Alberto Vazzoler, li jaħbi €40,000 f’torta nejja kienet probabbli waħda mill-agħar deċiżjonijiet li qatt għamel. Dan għaliex mhux biss il-flus spiċċaw maħruqa fil-forn meta s-sieħba sabet l-istrudel u…

Kurżitajiet

Fl-Indja, Pawan Kumar mar fl-estremità li qata’ subgħajh barra wara li ntebaħ li ħa żball meta daħal jivvota. F’filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali, Kumar jispjega għaliex għandu idu nfaxxata…

Barranin

Fil-Ġermanja, twelid rari ta’ tewmin, hekk kif kien hemm differenza ta’ 3 xhur meta twieldu l-ewwel u t-tieni tarbija. Eżattament, għaddew 97 jum mit-twelid ta’ Liana u Leonie, każ li…

Aktar