Temp
X’għandek tagħmel biex tilqa’ għas-sħana?

Hekk kif is-sħana bdiet tagħmel tagħha, id-Direttorat tas-Saħħa qed javża biex wieħed jieħu l-prekawzjonijiet meħtieġa minħabba s-sħana.

Id-Direttorat saħaq li huwa importanti li wieħed jixrob b’mod kontinwu minħabba li bis-sħana l-ġisem jitlef ħafna ilma. Is-sħana taf twassal ukoll għall-attakki tal-qalb. Għalkemm is-sħana taffettwa lil kulħadd, it-trabi, tfal żgħar, anzjani u persuni b’kundizzjoni kronika taffettwahom aktar.

Għaldaqstant id-Direttorat qed iħeġġeġ lill-pubbliku biex jevita li joħroġ fl-eqqel tax-xemx bejn il-11am u l-4pm, iżomm ruħu frisk, jagħlaq il-purtieri biex jilqa’ lix-xemx, jixrob ilma frisk u jiekol aktar ikel kiesaħ bħal salad. Wieħed għandu jevita li jixrob likwidi li jistgħu jnixxfuh bħal alkoħol, kafè u te. Wieħed għandu jilbes ħwejjeġ ħfif u mhux issikati, jimxi fid-dell, japplika l-krema tax-xemx u jilbes kappell. Wieħed m’għandux joqgħod magħluq f’xi karozza, speċjalment ma jħallix lit-tfal u l-annimali magħluqa f’karozza.

Id-Direttorat jagħti parir biex jekk wieħed iħoss il-ħtieġa jieħu anke parir mediku b’mod partikolari l-anzjani.

Ara wkoll:

Int qed tħossha? Kulħadd jgħid tiegħu fuq is-sħana

AĠĠORNAT: Illum l-iktar jum sħun f’Ġunju fl-aħħar 12-il sena

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar