Barranin
X’għandek tagħmel jekk ma tkunx tista’ torqod?

Diversi nies ma jirnexxilhomx jew ibatu biex jorqdu.

Huma diversi raġunijiet għala wieħed ma jkunx jista’ jorqod fosthom għax wieħed ma jkunx xorob biżżejjed ilma matul il-jum.

Skont riċerka li saret f’Penn State University, Pennsylvania dawk li jorqdu 6 sigħat ikollhom aktar deidrazzjoni minn dawk li jorqdu 8 sigħat.

Ir-riċerka tinvolvi mal-20,000 adult mill-Istati Uniti u ċ-Ċina. Huma sabu relazzjoni bejn kemm wieħed jixrob l-ilma u kemm jorqod.

Għaldaqstant huma jissuġġerixxu li jekk wieħed mhux jorqod biżżejjed jew iħossu għajjien għandu jixrob aktar ilma matul il-jum. Jissuġġerixxu wkoll biex wieħed inaqqas mill-kafè, it-te u l-alkoħol li jistgħu joħolqu deidrazzjoni. Jgħidu wkoll li wieħed għandu jixrob bejn 2 u 3 litri.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar