Tfal
X’għandek tagħmel ma’ wliedek biex jegħlbu l-ansjetà li qed tqabbadhom il-Covid-19?

Il-professjonisti huma tal-fehma li l-ġenituri għandhom jitkellmu ma’ wliedhom dwar dak li hu għaddej biex jghinuhom jegħlbu l-ansjetà. Saħqu li fir-relazzjoni mat-tfal, il-ġentiuri jridu jkunu pożittivi u jispjegaw li dan hu għal żmien temporanju . . . li se jgħaddi.

It-tibdil fil-mod ta’ kif ngħixu minħabba l-imxija tal-Covis-19, qed jaffettwa lit-tfal u l-adolexxenti . . . il-Professur Carmel Cefai mill-Università ta’ Malta qal li f’din il-klima ta’ inċertezza, ir-rwol tal-familja sar importanti aktar minn qatt qabel.

Qal li bħall-adulti, it-tfal huma mbeżża’ li huma jew xi ħadd qrib tagħhom jiġi infettat b’dan il-virus. Żied jgħid li t-tfal jeħtieġu assigurazzjoni li l-affarijiet se jmorru għall-aħjar . . . u fuq kollox pożittività.

Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr John Cachia qal li l-ġenituri għandhom jitkellmu ma’ wliedhom dwar dak li għaddej.

“Meta niġu biex nispjegaw it-tfal iridu ngħidu l-verità mingħajr ma ngħawġu l-fatti però rridu nitkellmu dwar il-mod u l-metodi kif it-tfal jistgħu jifhmuna aħjar. Jekk qed nitkellmu fuq tfal żgħar irridu nispjegaw affarijiet bażiċi bħal għalfejn m’aħniex immorru naraw lin-nanniet, għalfejn il-mummy u l-papa jridu joqogħdu d-dar minħabba din is-sitwazzjoni.”

Dr Cachia qal li mal-adolexxenti l-ġenituri għandhom ikunu ċari u diretti, skont il-livell ta’ maturità tal-ulied.

“L-ansjetajiet tagħna rridu nixxerjawhom magħhom ukoll u ma rridux nilagħbuha li aħna cool iżejjed u li lilna mhux jinkwetawna dawn l-affarijiet. Ma ngħaddux l-inkwiet tagħna fuqhom imma nitkellmu iktar b’mod frank u dirett.”

Saħaq li, bil-għan li tonqos l-ansjetà, il-ġenituri għandhom joħolqu skeda tal-attivitajiet għal matul il-jum . . . li ma tkunx tinkludi biss l-istudju… imma anke ħin biex bil-media soċjali jitkellmu ma’ sħabhom, man-nanniet u ħin ta’ divertiment.

“Ejja nużaw dan il-ħin biex filwaqt li nżidu f’dak li għandna nagħmlu bħala studju wkoll nużawh tajjeb biex ngħinu lil xulxin.”

Nadine Cuschieri – Art Psychotherapist, spjegat kif permezz tal-arti, it-tfal u l-adulti jistgħu jesprimu dak li jħossu u għandhom jitħallew fil-libertà li jpinġu dak li jridu.

”Jekk il-ġenituri jinuttaw li t-tfal f’daqqa waħda qed ipinġu b’mod li tinkwetahom – ħafna affarijiet dark u ċertu affarijiet sad qisu tajjeb li tinġibed attenzjoni u tinħoloq konverzazzjoni minnhom dawn ħa nifhmu għal xiex qed ipinġu b’dak il-mod imma m’għandniex ngħidu “le mhux suppost tagħmel hekk”.’

Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali appella lill-ġenituri biex ifittxu għajnuna psikoloġika għal uliedhom jekk jinnutaw li l-ansjetà mhijiex tħallihom jorqdu, qed iqattgħu ħafna ħin waħedhom jew mhumiex jagħmlu dak li kienu jħobbu jagħmlu qabel. Widdeb li sintomi tramwatiċi jistgħu joħorġu anke meta jgħaddi kollox.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tfajla ta’ 17-il sena qed tallega li ma sabet l-ebda għajnuna mill-Pulizija wara li nsterqilha l-mobile minn stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan. Hija qalet li marret tirrapporta s-serqa fl-għassa ta’ San…

Televiżjoni u Radju

Il-programm Step by Step to Auschwitz rebaħ żewġ kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f’Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Fuq Facebook, il-produttur Jonathan Farrugia, spjega li l-kategoriji huma L-Aqwa…

Lokali

L-Uffiċjali tad-Dwana sabu €22,130 f’bagalja ta’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier kien ġej Malta minn Frankfurt, fil-Ġermanja. Wara li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus li kellu…

COVID-19

Għall-ħames ġurnata konsekuttiva l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 u ma kien hemm l-ebda persuna li fieqet biex b’hekk fadal ħames każi attivi f’Malta. L-awtoritajiet…

Aktar