Lokali
X’għandek tagħmel meta tibqa’ thewden fuq esperjenza qarsa?

Kif tkampa u xi trid tagħmel jekk wara xi esperjenza qarsa tispiċċa thewden lejl u nhar b’dak li jkun ġralek? L-effett psikoloġiċi tat-trawma u kif jiġu megħluba kienu ttrattati f’konferenza tal-Fondazzjoni Richmond fost oħrajn mill-psikjatra Walter Busuttil li ħadem ma’ bosta suldati Ingliżi li kienu ttrawmatizzati f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt.

Skond il-psikjatra Walter Busuttil li kkura suldati tal-qawwiet tal-ajru Inglizi, mingħajr trattament adegwat, esperjenzi trawmatiċi jaf iħallu konsegwenzi fit-tul fuq is-saħħa mentali.

Walter Busuttil jispjega li “li jiġri hu li l-moħħ ma jistax jgħaddi din l-informazzjoni għal memorja għax il-moħħ imur f”survival mode’ u li jiġri wara huwa li l-memorji jibqgħu jitfaċċaw f’moħħok, jiġifieri kollox jagħmel ‘replay’, imbagħad li jiġri huwa li l-moħħ jgħaddi minn perjodu li ma jaħsibx sew, nies joqogħdu jhewdnu.”

Dr Busuttil saħaq li s-sapport mill-familjari u l-persuni qrib huwa kruċjali fl-għajnuna li jkollhom bżonn persuni li jkunu għaddejin minn trawma.

“What needs to be done is that people need to talk about it in a way that does not inflate the situation, have an explanation perhaps and that things are open and transparent, and when there is an explanation that that is made public, and the other way is that if we feel very aggreaved is to forgive the individuals who we may not even know for what happened” qal Dr Busuttil.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond Stephania Dimech Sant spjegat kif wieħed jinduna li għaddej minn sitwazzjoni trawmatika.

“Din tista’ tkun l-iċken inċident li lilek jafetwak u inti ma telgħibx l-impatt tiegħu u jibda jaffetwak, u qisek teħel f’dik l-esperjenza. Jistgħu jkunu esperjenzi kbar bħal mewta traġika jew inċident fuq il-post tax-xogħol. Jiġifieri l-persuna tista’ tesperjenza diversi sitwazzjonijiet bħala trawmatici” qalet li Stephania Dimech Sant.

Il-fondazzjoni Richmond toffri servizzi ta’ għajnuna għall-problemi psikoloġiċi u fil-qasam tas-saħħa mentali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-President’s Trust, ix-xahar id-dieħel se tiftaħ it-tieni dar fil-komunità għal tfajliet ommijiet mingħajr saqaf fuq rashom. Il-President Marie-Louise Coleiro Preca ifformalizzat il-kollaborazzjoni mal-organizazzjoni Life Charity tal-Ingilterra li qed toffri l-assistenza…

Lokali

L-Awditur Ġenerali nnota li minkejja li żdiedu l-ispeċjalisti fid-Dipartiment tal-Outpatient tal-Isptar Mater Dei, il-ħin ta’ stennija għall-appuntamenti fl-outpatient għadu eċċessiv. L-Awditur Ġenerali qal li dawn iċ-ċirkostanzi ilhom ġejjin żmien twil,…

Lokali

Andre Bugeja ta’ 19-il sena u Massimo Fasanelli ta’ 18-il sena, it-tnejn minn Tas-Sliema, baqgħu miżmuma arrestati wara li tressqu l-Qorti mixlija li fil-lejl bejn it-8 u d-9 ta’ Settembru…

Lokali

Il-Kunsill Malti għall-Arti ppubblika l-applikazzjonijiet u r-regolamenti għal dawk li jixtiequ jipparteċipaw f’kompetizzjoni tal-presepji. Il-kompetizzjoni se tkun imqassma f’sitt sezzjonijiet, li jinkludu presepji mekkanizzati u dawk statiċi ta’ daqsijiet differenti….

Aktar