Tfal
X’għandhom jieklu t-tfal sa 3 snin?

Is-saħħa tat-trabi u t-tfal, inkluż il-problemi tat-tħassir tas-snien u l-obeżità huma fil-qofol ta’ linji gwida li ġew ippubblikati md-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard li jagħtu direzzjoni dwar l-ikel u n-nutrimenti li għandhom jingħataw lit-trabi fl-ewwel snin tat-trobbija.

Il-linji gwida li nieda d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard jindirizzaw it-tip ta’ ikel li għandhom jieħdu t-trabi ta’ sitt xhur sakemm ikollhom tliet snin.

Id-Direttur tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, Dr Paula Vassallo, qalet “linji gwida biex iwasslu messaġġ konsistenti lil dawn il-ġenituri u tuturi, min ikun qed jieħu ħsieb lit-tfal, ibbażati dawn fuq l-aħħar evidenza u kif ukoll informazzjoni fuq in-nutirizzjoni importanti għat-trabi kif ukoll għat-tfal bejn is-sitt xhur u t-tliet snin.”

Dr Paula Vassallo, kompliet tispjega li fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja, il-ħalib tal-omm huwa l-iżjed nutrittiv u li kemm jista’ jkun dan għandu jkun l-uniku ikel li jingħata lit-tarbija sakemm tagħlaq sitt xhur. Il-linji gwida jgħinnu dwar x’tip ta’ ikel għandu jingħata u b’liema porzjonijiet meta tarbija tkun għalqet is-sitt xhur.

Dr Vassallo saħqet li l-ewwel sena tat-tarbija hija l-iżjed kruċjali, għaliex id-drawwiet u t-togħmiet li jagħżel min jieħu ħsieb it-tarbija x’aktarx jibqgħu mat-tarbija tul ħajjitha. Il-linji gwida jinkoraġixxu biex it-trabi u t-tfal ma jidrawx jieklu quddiem televixin jew tablet. Dr Vassallo spjegat l-importanza tal-kura tas-snien minn età bikrija.

“Kif jitilgħu l-ewwel snien importanti li dawn jibdew jaħsluhom, jew b’xi biċċa ċarruta u hemm ukoll toothbrushes apposta, finger brushes. Huwa importanti wkoll li  jużaw toothpaste li dejjem fih il-fluoride minn età żgħira” qalet Dr Vassallo.

Is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci sostniet li jekk it-tfal ikollhom bidu tajjeb fl-ikel li jikkunsmaw, dan jibqa’ għaddej tul ħajjithom. Il-Professur Gauci qalet li s-saħħa tat-trabi tibda mill-konċepiment. Saħqet li huwa importanti li l-mara tieħu ħsieb saħħitha speċjalment waqt it-tqala.

Qalet li dawn il-linji gwida saru bil-kollaborazzjoni tal-assoċjazzjonijiet tal-pedjatri u mal-qwiebel u jistgħu jinkisbu miċ-ċentri tas-saħħa, il-breastfeeding clinic u mid-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Raġel waqa’ madwar sular wara li ċeda r-railing ta’ gallarija. L-inċident seħħ fi Triq tan-Nawċiera, il-Qawra għall-ħabta tal-4.20pm. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar. Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux…

Lokali

F’Malta, il-President George Vella ltaqa’ mal-pubbliku fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Appella lill-Maltin biex jgħixu bħala aħwa. Il-President ta’ Malta George Vella qal “”jiena nixtieq li nwassal messaġġ ta’ tama u mħabba u…

Lokali

“U lil Ġesù għidtlu… itellifilix din ix-xewqa li niġi narak… u ġejt!” Dan kien kliem Manwela li għandha 86 sena u ma fallietx irxoxt wieħed. Minn ċkunitha, tistenna bil-ħerqa l-festa tal-irxoxt…

Lokali

Raġel ġie arrestat wara li ħareġ mandat t’arrest Ewropew. Wara jiem ta’ sorvelljanza, illum saret operazzjoni msejħa ‘OP RICH’ konġunta bejn membri tal-Intelligence u tal-Counter Terrorism Unit, fejn ġie arrestat…

Aktar