Annimali
X’għandhom komuni Claude, Luke u Steph?

Dawn it-tliet ħlejjaq ċkejkna kollha jappartjenu lil speċi differenti ta’ friefet il-lejl, iżda kollha ġew salvati mill-għaqda Nature Trust-FEE Malta iktar kmieni din is-sena.

Claude hija tal-ispeċi Pipistrellus kuhlii, u ġiet salvata wara li probabbilment waqgħet minn bejta fil-Mellieħa, hekk kif kienet għadha b’għajnejha magħluqa mit-twelid. Luke huwa Pipistrellus pipistrellus ta’ età żagħżugħa, u nstab fi stat idratat f’Burmarrad. Steph hija Hypsugo savii tal-istess età, u nstabet fl-istess qagħda miskina fin-Naxxar.

It-tliet friefet il-lejl ingħataw taħlita ta’ ħalib apposta għall-bżonnijiet tagħhom, ġew imħarrġa biex jitgħallmu jieklu waħedhom, u ngħataw għajnuna wkoll biex jitgħallmu jtiru. Wara madwar xahrejn u nofs il-tliet friefet il-lejl reġgħu nħelsu lura fl-ambjent naturali tagħhom.

Il-ħidma tat-tim tan-Nature Trust-FEE kienet mejgħuna minn membri ta’ Greenhouse Malta li ġew ikkonsultati fuq il-friefet il-lejl, li ħadu wkoll kampjuni tad-DNA li se jgħinuhom fil-proġett ta’ identifikazzjoni tal-ispeċi tal-friefet il-lejl f’Malta.

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jikkuntattja lin-Nature Trust fuq 99999505 jekk jiltaqa’ ma’ annimali fis-selvaġġ li jkollhom bżonn l-għajnuna.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar