Unjoni Ewropea
X’ġie elenkat fil-pjan tal-Kummissjoni biex l-UE terġa’ tqum fuq saqajha wara l-pandemija tal-Covid-19?

Għas-sena li ġejja l-Unjoni Ewropea se tkun qed tiffoka iktar fuq saħħet iċ-ċittadini u t-tkabbir ekonomiku. Fit-tnedija tal-viżjoni tagħha waqt id-diskors ‘State of the Union’, iI-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der ħabbret ukoll patt ġdid dwar l-immigrazzjoni.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen, fl-ewwel diskors tal-Istat tal-Unjoni Ewropea tagħha elenkat il-pjan tal-Kummissjoni biex l-Unjoni Ewropea terġa’ tqum fuq saqajha wara l-pandemija tal-COVID-19.

Mill-aspett mediku, Von der Leyen qalet li biex tilqa’ għat-theddida eżistenti u potenzjali fil-qasam tas-saħħa, l-Unjoni Ewoprea ser twaqqaf aġenzija ġdida għar-ricerka u l-iżvilupp biomediku.

”This new agency will support our capacity and readiness to respond to cross-border threats and emergencies – whether of natural or deliberate origin. We need strategic stockpiling to address supply chain dependencies, notably for pharmaceutical products.”

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea ħabbret l-hekk imsejħa ‘Green New Deal’, strateġija b’miri ogħla għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja madwar l-Ewropa minn 40% għall-55% sas-sena 2030 u fl-istess waqt se jsiru iktar inizjattivi ekonomiċi li jħarsu l-ambjent.

”Our impact assessment clearly shows that meeting this target would put the EU firmly on track for climate neutrality by 2050 and for meeting our Paris Agreement obligations.And if others follow our lead, the world will be able to keep warming below 1.5 degrees Celsius.”

Dwar l-immigrazzjoni fil-Mediterran qalet li filwaqt li temmen li jekk kulħadd jagħmel kompromess jista’ jintlaħaq ftehim u l-ġimgħa d-dieħla Kummissjoni ser tressaq patt ġdid dwar l-immigrazzjoni.

”Saving lives at sea is not optional. And those countries who fulfil their legal and moral duties or are more exposed than others, must be able to rely on the solidarity of our whole European Union. We will ensure a closer link between asylum and return.”

Il-kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli u Roberta Metsola laqgħu d-diskors ta’ von der Leyen u qalu li jħarsu ‘l quddiem għas-solidarjetà Ewropea.

Il-Kummissarju Helena Dalli qalet  ”ippretendejt li nara l-President tal-Kummissjoni Ewropea aktar b’saħħitha fejn jidħol il-qasam tal-immigrazzjoni. Is-soluzzjonijiet tal-bieraħ mhumiex jaħdmu. Irridu soluzzjonijiet ġodda biex verament naraw li din l-isfida tiġi indirizzata.”

L-MEP Roberta Metsola qalet li kien ”messaġġ mimli tama u messaġġ li lili jagħmilni kburija kemm li jien Maltija, kemm li jien Ewropea għax jien parti minn grupp ta’ pajjiżi li qegħdin iħarsu ‘l quddiem biex wara din is-sena tant diffiċli nkunu nistgħu nirkupraw.”

B’differenza mis-snin li għaddew, il-President von der Leyen indirizzat lill-Parlament Ewropew fi Brussell minflok fi Strasburgu minħabba l-imxija tal-COVID-19.

 

Aħbarijiet Oħra

Il-ġejjieni għal parti kbira mis-settur pubbliku hu ‘remote working’. Għal dan il-għan, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar qal li qed jitfasslu policies u strutturi ġodda għax fi kliemu l-istrutturi li…

Il-ħajja universitarja fuq il-kampus tal-università din is-sena se tkun differenti; uħud mill-istudenti se jkollhom il-lezzjonijiet fil-kampus u oħrajn se jsegwuhom online, skont id-daqs tal-klassijiet u l-ammont ta’ studenti. Madankollu, il-linji…

Il-Kummissjoni Ewropea llum nediet riforma sħiħa fir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-migrazzjoni. Il-patt ġdid dwar il-migrazzjoni qed jipproponi paġna ġdida f’din il-kwistjoni kumplessa u fost l-oħrajn qed tkun proposta ‘solidarjetà mandatorja’ li…

Appartament fi Gwardamanġa sar id-dar għal refuġjati nisa li qed irabbu waħidhom lil uliedhom f’Malta. L-inawgurazzjoni ta’ Blessed Gerard Residence saret fil-ġimgħa li fiha jitfakkar il-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati. Żewġ…

Aktar