Televiżjoni u Radju
X’Ħa Naraw Il-Ġimgħa Filgħaxija?

Minn nhar il-Ġimgħa 2 t’Ottubru, il-Ġimgħa filgħaxija qatt mhu ħa jerġa’ jkun l-istess. Speċjalment għal Ron. Quddiemu għandu l-ikbar sfida ta’ ħajtu. Il-kummidjant magħruf għal-leħen nażali tiegħu, li ilu stabbilit fix-xena lokali għal dawn l-aħħar għoxrin sena se jieħu f’idejh ħin leġġendarju.

 

SERATARON mhux se jkollu l-intervista konvenzjonali li dejjem rajna. B’influwenza minn late night shows barranin fosthom dawk Amerikani, comedy talk shows Ingliżi, u programmi ta’ varjetà Taljana dan se jżewwaq kollox flimkien u jkollu wkoll laqta Maltija. Għax kif kollha kemm aħna nħobbu nemmnu; il-Malti l-aqwa wieħed biex jagħmel kollox, ovvjament. L-għan tal-programm hu wieħed sempliċi; divertiment ta’ klassi għall-familja kollha.

 Ippreparaw ruħkom għal intervisti li jħalluk togħxa bid-daħq, logħob stramb, u sfidi divertenti mal-personalitajiet favoriti tagħkom, u oħrajn li ħa tieħdu gost issiru tafuhom. Il-programm ħa jkollu wkoll il-banda residenti tiegħu, Ir-Ronnies naturalment imsemmija wara l-preżentatur maħbub tagħna. Il-banda se tlaqqa’ flimkien ftit mill-aktar mużiċisti bravi u eċċentriċi li għandna f’pajjiżna biex jagħtukom l-aqwa mużika.

Magħna se tibdew il-weekend bl-aqwa mod. Mela oqgħodu komdi fuq is-sufanijiet tagħkom u ixegħlu t-TV. SERATARON, naturalment.

Il-programm jiddebutta it-2 t’Ottubru fid-21:00 fuq TVM.