Kurżitajiet
X’hemm komuni bejn Ariana Grande u l-Beatles?

Il-kantanta Amerikana Ariana Grande irnexxielha tagħmilha, l-istess bħalma kienu għamlu l-Beatles 55 sena ilu.

Bħalissa qed tokkupa l-ewwel, it-tieni u t-tielet post fil-klassifika tad-diski bi tliet kanzunetti li huma ‘7 Rings’, ‘Break Up With Your Girlfriend, I’m Bored’ u ‘Thank U, Next’.

Dan ir-rekord ta’ tliet kanzunetti mill-istess artist fl-ewwel tliet postijiet fil-klassifika Amerikana Billboard Hot 100 kien ilu ma jseħħ mill-1964 meta l-grupp Beatles kellhom ‘Can’t Buy Me Love’, ‘Twit and Shout’ u ‘Do You Want to Know a Secret’.

B’hekk Grande irnexxielha tnaqqax isimha fl-istorja tal-mużika Amerikana u hija l-ewwel solista li qatt kisbet dan is-suċċess.  L-ewwel li qatt irnexxielhom jiksbu l-istess riżultat kienu l-Beatles.

Fuq is-siti soċjali, Grande qalet li ma riditx temmen għall-ewwel u ħasbet li kienet xi ċajta.  Hija rringrazzjat lil kull min jappoġġjaha u qalet li meta ndunat li fir-realtà hija rnexxielha tikseb dan it-tragward bkiet bil-ferħ.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Filmat li nxtered fuq l-internet juri lil Arnold Schwarzenegger jiġi attakkat minn persuna waqt attività fl-Afrika t’Isfel. Ilbieraħ l-attur, bodybuilder u politiku ta’ 71 sena kien qed jiltaqa’ mas-segwaċi tiegħu…

Barranin

Illum il-President Awstrijak Van der Bellen mistenni jiddiskuti elezzjoni bikrija mal-Kanċillier Awstrijak Sebastian Kurz wara li lbieraħ irriżenja tal-Viċi Kanċillier Heinz-Christian Stache b’rabta ma skandlu relatat ma korruzzjoni. Dan wara…

Annimali

Il-Pulizija stazzjonati llum f’San Vinċenz de Paul, li qed jassistu l-ewwel grupp ta’ votanti fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali, taw daqqa t’id żejda. Fuq il-midja soċjali, l-NGO Animal Guardians Malta…

Barranin

Ġest ta’ matador waqt ‘la corrida’ qajjem kontroversja sħiħa fi Spanja u anke fost dawk li jiġġieldu għad-drittijiet tal-annimali. F’filmat li qed idur fuq il-midja soċjali, matador jidher qed jimsaħ…

Aktar