Kurżitajiet
X’hemm komuni bejn Conor McGregor u David Beckham?

It-tnejn li huma sportivi imma meta ssemmi isimhom żgur ma jgħaddilekx minn moħħok li għandhom xi ħaġa komuni.

Wieħed champion tal-UFC u l-ieħor champion fil-futbol. It-tnejn li huma ħallew isem fil-qasam tagħhom. Qed nirreferu għal Conor McGregor u David Beckham.

Biss x’jista’ jkun hemm komuni bejniethom?

Parti kbira minn ħajtu, McGregor deher liebes ħwejjeġ sportivi iżda dan ma jfissirx li ma jafx jilbes b’ċertu klassi. Fil-fatt huwa magħruf għas-suits uniċi li jilbes. Għalhekk il-mistoqsija tiġi waħedha? Min fejn tgħallem jilbes dan l-istil.

Mingħajr tlaqliq f’intervista li ta, McGregor qal li David Beckham influwenzah fl-istil tal-ħwejjeġ. Huwa ddeskriva lil Beckham bħala pijunier fejn jidħol l-istil tal-ħwejjeġ.

Jidher li Beckham ma ddejjaq xejn li McGregor ikkuppjah fl-istil tal-ilbies, dan hekk kif McGregor żvela li Beckham ġieli bagħatlu xi ħwejjeġ.

Din ma kinitx l-ewwel darba li McGregor, li rtira f’Marzu li għadda, li faħħar l-istil ta’ Beckham.

Kurżità oħra dwar MrGregor hija kif iqabbel il-ħwejjeġ. Ħafna minnha forsi jqabblu l-ingravata mal-kulur tal-libsa tas-sieħba tagħhom. Iżda McGregor imur lil hinn minn hekk u jqabbel il-ħwejjeġ tiegħu skont liema karozza jkun se juża. Kif jgħid il-Malti bil-flus tagħmel triq fil-baħar. Skont Forbes, McGregor huwa l-21 l-aktar atleta li tħallas din is-sena, bi dħul ta’ $47 miljun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi rriżenja mill-Partit Demokratiku biex joħloq partit ieħor. Id-deċiżjoni ta’ Renzi jaf timmina l-koalizzjoni l-ġdida li ffurmat ftit tal-jiem ilu bejn il-PD u l-Moviment Cinque…

Barranin

Sarah Thomas kisret rekord tal-għawm meta qasmet mir-Renju Unit sa Franza erba’ darbiet fuq xulxin, tant li qattgħet 54 siegħa fl-ilma. Thomas, li għandha 37 sena u hija Amerikana, hija…

Barranin

Dik li kellha tkun imħatra bejn 3 ġuvintur spiċċat fi traġedja hekk kif tilfu ħajjithom huma u jippruvaw jisirqu xi residenzi privati. It-traġedja seħħet f’Georgia, fl-Amerka meta 3 ġuvintur liebsin…

Aktar