X

X’hemm komuni bejn il-Prinċep William u Harry Potter?

Il-membri tal-familja Rjali huma fost in-nies li ħin kollu bil-fotografi jiġru warajhom. Għalhekk wieħed jaħseb li wara dawk ir-ritratti kollha, il-pubbliku jkun jaf sal-anqas dettall dwarhom.

Minkejja li mit-twelid il-Prinċep William kien espost għax-xena pubblika ħafna ma nuttawx li f’rasu fuq in-naħa tax-xellug għandu marka ta’ ferita (scar).

Ma’ CBBC’s Newsround huwa kien qal li l-ferita kien ġarrabha f’inċident waqt il-golf meta kien qed jilgħab ma’ ħabib tiegħu.

Huwa qal li jsejħilha “Harry Potter scar” minħabba li f’xi waqtiet tidher aktar minn oħrajn.

Ironikament anke d-Dukessa ta’ Cambridge, Kate Middleton għandha marka ta’ ferita fuq in-naħa tax-xellug ta’ rasha. Madankollu tagħha ma tantx tidher hekk kif titgħata b’xagħarha.

av :