Kultura
X’hemm lest għad-disa’ edizzjoni ta’ Żigużajg?

Tela’ s-siparju fuq id-disa’ edizzjoni tal-Festival Żigużajg, li ser isir fuq medda ta’ għaxart ijiem. Din is-sena mal-130 artist qed jieħdu sehem f’numru ta’ proġetti artistiċi, li fi kliem id-Direttur tal-Festival, ħolqu spazju għall-artisti Maltin u barranin biex juru t-talent tagħhom, u fl-istess ħin għat-tfal biex japprezzaw l-arti minn ċkunithom.

Wara vjaġġ twil mill-Amażjona, l-għasfur Tingo ma ngħatax merħba xierqa mill-Merill u tliet għasafar oħra tal-passa. Iżda wara li semgħu l-esperjenza tiegħu, fehmu lill-għasfur u tawh kenn f’darhom wara li fehmu li ma kien hemm l-ebda ċans li jerġa’ jmur lura.

The New Victorians u l-pupazzi li ħoloq Matthew Pandolfino ħolqu atmosfera divertenti b’messaġġ favur l-inklussività għall-istudenti fl-Iskola Primarja tas-Siġġiewi, fl-ewwel produzzjoni tal-festival Żigużajg.

“Qegħdin immorru fil-komunitajiet u l-iskejjel b’dan il-proġett, li huwa fuq l-integrazzjoni u multikulturaliżmu, li huma temi bħal oħrajn li għandna fil-festival, li għandhom jiġu diskussi b’mod artistiku bi pjattaforma ideali,” qal Daniel Azzopardi, Direttur ta’ Żigużajg.

Adam u Ella huma fost it-8,000 tifel u tifla li matul l-għaxart ijiem li ġejjin li ser jaraw produzzjonijiet ta’ Żigużajg fl-iskejjel. Iż-żewġ studenti stqarrew li jħobbu dawn l-esperjenzi kreattivi, artistiċi u kulturali.

Tingo huwa wieħed minn 21 proġett ta’ espressjoni kreattiva li ser jittellgħu f’postijiet differenti bejn il-15 u l-24 ta’ Novembru fil-Belt Valletta u f’numru ta’ skejjel madwar Malta u Għawdex tul il-jiem tal-festival Żigużajg.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Intemmet wara l-10 p.m. mingħajr ebda kumment lill-media laqgħa minn grupp ta’ madwar 16-il membru parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Għall-aħħar nofs tal-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia. Ingħaqad ukoll tard…

Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Aktar