X’hemm wara l-bieb tal-ġnien sigriet?

Qalb it-tfal il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca dalgħodu fetħet il-ġnien sigriet għal ħames attivitajiet li mix-xahar id-dieħel se jibdew isiru kull nhar ta’ Sibt bil-għan li t-tfal ikollhom l-ispazju fejn jesprimu ruħhom. L-attivitajiet jiffukaw fost oħrajn fuq l-inklużżjoni, ikel tajjeb għas-saħħa, l-kreatività u l-importanza tal-qari.

Fil-jum internazzjonali tal-kuntentizza, l-President Marie-Louise Coleiro Preca fetħet il-bibien tal-ġnien sigriet fil-Palazz ta’ Sant’ Anton għat-tfal ta’ kull eta’ organizzat mill-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà.

Kull nhar ta’ Sibt, bejn it-18 ta’ April u Ġunju, fil-ġnien privat tal-President se jsiru attivitajiet edukattivi għat-tfal

MLCP Secret Garden (1)“Nuttilizaw din il-faċilità sabiħa għat-tfal tagħna bi programmi li huma t’edukazzjoni informali bl-iskop li jiġu empowered iktar. It-tfal se jkunu mistiedna jipparteċipaw imma mhux b’mod passiv, mod attiv,” qalet il-President Coleiro Preca.

Il-President spjegat li din l-inizjattiva qed issir wara konsultazzjoni mat-tfal li talbu għal iktar spazji miftuħa fejn jilgħabu u jimirħu fil-kreattività tagħhom.

Hija spjegat li l-ħames programmi f’dan il-proġett jiffukaw fuq l-inklusività, tant li wieħed minnhom hu maħsub għat-tfal neqsin mis-smigħ.

Fil-programm “Żfin Kreattiv” it-tfal se jitgħallmu li l-komunikazzjoni mhix marbuta biss mad-diskors, iżda li hemm forom oħra ta’ komunikazzjoni bħal lingwa tas-sinjali.

Il-proġett “Aqra Miegħi . . . Read with Me” din is-sena se jkun estiż għal tfal ta’ bejn l-erba’ u s-sitt snin. Din l-attività ta’ litteriżmu bikri bis-sehem tal-ġenituri għandha l-għan li tkebbes l-imħabba għall-qari bil-Malti u bl-Ingliż fost it-tfal fl-ewwel snin ta’ ħajjithom.

Se jerġa jsir il-proġett BRAVI – li permezz ta’ wirja bil-pupazzi se jitwasslu diversi messaġġi pożittivi għat-tfal.

F’attivitajiet oħra li se jsiru f’dan il-ġnien it-tfal se jkollhom l-opportunità jesprimu l-kreatività tagħhom fost oħrajn permezz tal-arti waqt li permezz tal-proġett Fonzu l-Fenek it-tfal se jkunu mmotivati jieklu aktar ħaxix u frott.

Il-ġenituri huma mħeġġa li jidħlu f’din id-dinja maġika ma’ uliedhom. Wieħed jista’ japplika għal dawn il-programmi billi jċempel fuq 21484662 jew iżuru il-paġna ta’ Facebook President’s Foundation for the Wellbeing of Society għal iktar dettalji.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar