Lokali
X’hemm wara r-riżenja ta’ Arnold Cassola skont Carmel Cacopardo?

Il-kandidatura ta’ Arnold Cassola għall-Parlament Ewropew jidher li ma kinitx mixtieqa mill-Alternattiva Demokratika.

Waqt il-programm Ras imb ras, iċ-Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardo qal li aċċetta l-kandidatura ta’ Cassola biex ma jinqalax inkwiet.

Spjega li wara li Prof. Cassola rriżenja minn Chairman, f’Settembru 2017, huwa ma attendiex għal-laqgħat tal-Alternattiva Demokratika.

Stqarr li hu jixtieq li l-Alternattiva Demokratika jkollha kandidati żgħażagħ u għalhekk talab lil Cassola biex ma jitfax il-kandidatura tiegħu.

Madankollu, skont Cacopardo, Prof Cassola rreżista u qallu li jekk ma jiġix approvat se joħroġ indipendenti. B’din ir-risposta, Cacopardo qal li ġiet approvata l-kandidatura tiegħu anke jekk kien jemmen li kienet deċiżjoni ħażina. “Nemmen li d-deċiżjoni li napprovawh kienet ħażina, issa ssolviet” qal Cacopardo.

Saħaq li l-kwistjoni tal-abort kienet biss skuża.  Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dak li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Alternattiva” dwar l-abort.

Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal dikjarazzjoni li għamlet il-kandidat ta’ Alternattiva Mina Tolu u li fiha talbet dibattitu rispettuż dwar l-abort.

Arnold Cassola kien mistieden ukoll għall-programm Ras imb ras.

Il-programm Ras imb ras jixxandar illejla fis-7.30pm. Tista’ tara programmi passati minn hawn.

Ara wkoll:

Arnold Cassola jirriżenja mill-Alternattiva Demokratika

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar