Lokali
Xħin huwa permess l-istorbju barra?

L-attivitajiet, kemm dawk li jsiru fil-beraħ kif ukoll fuq ġewwa jġibu magħhom relazzjonijiet imħallta.

Dwar dawn dejjem tqum il-kontroversja sa xħin wieħed jista’ jagħmel storbju.

Il-programm TVAM iddiskusta dan is-suġġett fl-isfond tan-Notte Bianca, meta l-Pulizija kellha tintervjeni waqt attività fit-Teatru Rjal. Dwar din l-attività l-Avukat tal-Kunsill Malti għall-Arti, Luke Dalli spjega li l-permess kien sas-2am u qal li dak il-ħin il-Pulizija kienet qed taqdi d-doveri tagħha.

Matul l-intervista, is-Sindku tal-Belt, Professur Alexei Dingli, l-Avukat tal-Kunsill Malti għall-Arti, Dr Luke Dalli u l-President tan-Noise Abatement Society of Malta, John Fenech qablu dwar l-importanza tal-bilanċ biex waqt li wieħed qed jiddeverti u jieħu gost ma jdejjaqx lil min qed jipprova jistrieħ.

Ġie diskuss ukoll dwar fejn isiru l-attivitajiet u ġie suġerit biex l-attivitajiet isiru f’postijiet adattati għal dik l-attività partikolari.

Int x’taħseb dwar l-istorbju barra? Kif taħseb li jista’ jinħoloq bilanċ bejn id-dritt li ssir l-attività u d-dritt tal-mistrieħ?

 

 

 

 

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar