Lokali
“Xħin ratni ommi għannqitni għax ħasbet li ntradamna”

Jumejn wara li l-inċident fil-Mellieħa meta ġġarrfet blokka ta’ appartamenti, TVM tkellem ma’ Lindsey Smith, li dak il-ħin li waqa’ l-bini kienet ma’ binha ta’ 4 snin l-ajruport diġà fuq l-ajruplan biex imorru l-Ingilterra.

Quddiem il-blokk imġarraf Lindsey irrakkoktat il-mumenti meta fuq l-ajruplan telgħu l-pulizija u uffiċjali tal-ajruport u infurmawha x’ġara. Tirrakkonta emozzjonalment bid-dmugħ f’għajnejha wkoll il-mument meta twasslet l-isptar u għannqet lil ommha magħha.

Qalet li ommha ma kinitx taf jekk laħqitx ħarġet barra fit-triq. Lindsey irrakontat li ommha lill-membri tas-salvataġġ bdiet tgħidilhom li jista’ jkun hemm bintha u neputi maqbuda.

Maggie Smith ta’ 77 sena ilha tgħix Malta 15-il sena u toqgħod fl-appartament li ġġarraf sitt snin. Maggie tgħix waħedha hemm, wara li f’Diċembru miet ir-raġel tagħha. Bintha Lindsey tiġi spiss Malta, fil-fatt waslet is-Sibt ta’ qabel u kienet sejra lura s-Sibt li għadda meta seħħ l-inċident.

Fil-ħin li ġej tvm.com.mt se jxandar l-intervista sħiħa ma’ Lindsey Smith.

Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 90 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar