Lokali
Xi drawwiet hawn marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira?

Huma bosta d-drawwiet marbuta mal-Ġimgħa l-Kbira. Uħud inqatgħu għalkollox, oħrajn għadhom jiġu prattikati fosthom id-devozzjoni tal-Insara quddiem l-artal ta’ ripożizzjoni.

Bejn l-Erbgħa u s-Sibt, il-Knisja Kattolika tidħol f’perjodu tad-dlam hekk kif tfakkar il-ġrajja tal-passjoni u l-mewt ta’ Kristu. Dawn il-jiem huma magħrufa bħala tat-tniebri, għaliex bil-mod il-mod, jibda jintefa’ d-dawl.

Ir-riċerkatur Mario Coleiro spjega li mill-funzjoni tal-Erbgħa tat-Tniebri l-Knisja kienet tibda tintefa’.

Mario Coleiro “kien ikun hemm dak il-kandilabru bi 15-il xemgħa jgħidulu l-‘Barabba’ li jintefa’ wieħed wieħed u jitkantaw is-salmi. Xħin kien jintefa’ l-aħħar wieħed kienu jagħmlu s-simuljanza tat-terremot. Kienu jħabbtu s-siġġijiet mal-art. Dik xi ħaġa li prattikalment inqatgħet.”

Is-Sur Coleiro spjega li fil-Ġimgħa l-Kbira, fi tmiem il-Via Sagra xbieha ta’ Kristu kienet titniżżel minn fuq is-salib u jitkeffen bħala rappreżentazzjoni ta’ tmiem il-ġrajja fuq il-golgota. Huwa qal li dan kienet issir wara prietka ta’ tliet sigħat fuq is-Seba’ Kelmiet ta’ Kristu li kienet tibda għall-ħabta ta’ nofsinhar.

Wara l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib f’diversi lokalitajiet joħorġu l-purċissjonijiet bil-vari. Is-Sur Coleiro nnota li maż-żmien din it-tradizzjoni kibret.

Mario Coleiro qal “fil-passat, il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ma kinux joħorġu bħal-lum iżda f’Ħamis ix-Xirka u anke matul il-ġimgħa. Jiġifieri meta saru llum kibbru, isiru fil-Ġimgħa l-Kbira u anke hemm ħafna personaġġi li jieħdu sehem u n-numru kiber ħafna”.

L-obbligu ta’ sawm fil-Ġimgħa l-Kbira kien jiġi osservat bir-reqqa. “Jekk tieħu te jew kafè bla ħalib kien ikun, b’sagrifiċċju u anke l-ikel. Bħal-lum kienu jibbrillaw torti tal-ħut pereżempju, il-qaqoċċ mimli”.

Illum it-tentazzjonijiet kibru b’bejjiegħa jarmaw saħansitra quddiem u ħdejn iz-zuntier tal-knejjes.

Minflok id-daqq tal-qniepen, f’xi parroċċi għadu jidwi l-ħoss taċ-ċuqlajta.

Is-sinjal ta’ luttu b’tifikira tal-mewt ta’ Kristu għadu jiġi espress bi bnadar ta’ Malta mtella’ mezzasta.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Tfaqqa kontroversja taħraq dwar il-kwadri fil-Knisja ta’ Ħal Kirkop. Dan wara li fil-festa ta’ San Ġużepp, ix-xahar li għadda l-Kappillan ħabbar li l-Kurja approvat li l-pittura tal-Madonna tad-Duluri li hemm…

Sport

Minn footballer professjonali għal DJ idur mad-dinja b’tours relatati mal-mużika. Dan mhu ħadd ħlief l-ex plejer internazzjonali Taljan, l-attakkant Christian Vieri. Huwa kien Malta għal ftit ħin fejn kien fost…

Kurżitajiet

F’Hollywood tħabbret il-mewt tal-attur u producer Peter Fonda fl-età ta’ 79 sena. Huwa miet wara battalja mal-kanċer. Fonda jibqa’ l-iktar magħruf għall-film li ħadem fih, kiteb u produċa fl-1969 –…

Edukazzjoni

L-Istitut għall-Istudji Turistiċi qal li wara kampanija li nieda żdied sew l-interess għal korsijiet full-time li joffri. L-ITS qal li kellu żieda ta’ iktar minn 50% fl-applikazzjonijiet meta mqabbel mas-sena…

Aktar