Barranin
Xi jkun qed jiġri fil-mobile waqt li tkun rieqed?

Numru ta’ persuni jużaw l-applications popolari tal-iOS biex joqogħdu jiġbru t-tagħrif personali mingħajr ma jkunu jafu s-siden tal-ismartphone tad-ditta iPhone.

Skont The Washington Post, iktar minn 5,400 tracker tal-apps jiġbru data mill-iPhones biex jibagħtuhom lil terzi persuni.  L-iskop huwa li tinġabar informazzjoni vasta mingħand dawk li jużaw l-apps, fosthom emails, numri tal-mobile, IP addresses u l-post eżatt ta’ fejn ikunu n-nies li jużaw dawn l-apps.

It-trackers tal-apps normalment ikunu l-iktar bieżla matul il-lejl meta l-mobile ma tantx jintuża għax sidu jkun rieqed.  Ħafna drabi jieħdu vantaġġ mill-funzjoni tal-Apple li tippermetti biex titrażmetti t-tagħrif meta l-ismartphone ma jkunx qed jintuża, bl-iskuża li meta terġa’ tuża l-app tkun aġġornata.

Għalkemm veru titjieb l-esperjenza ta’ dak li juża l-ismartphone, madanakollu ħadd ma jirrealizza li tkun qed tinsteraqlu l-informazzjoni waqt dan il-proċess u tkun qed tixxerred lil terzi persuni jew kumpaniji bħalma huma Amplitude, Appboy u Demdex.

It-tagħrif miġbur u mogħti lil dawn il-kumpaniji jammonta għal madwar 1.5 gigabytes, li huwa ekwivalenti għal nofs l-ammont ta’ data li jkollha persuna kull xahar.

Fost l-iktar apps li jieħdu l-informazzjoni nsibu l-OneDrive tal-Microsoft, Spotify u the Weather Channel.  Mela oqgħod attent xi jkollok fil-mobile qabel ikun tard wisq.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zippy miet eroj hekk kif irnexxielu jsalva lil familtu minn ħalq il-mewt. Il-familja Butler jgħixu f’Bradeton, fi Florida meta lejl minnhom, waqt li kienu rieqdin, tħeġġeġ in-nar fir-residenza tagħhom. Minkejja…

Barranin

Il-passiġġieri abbord titjira tad-Delta twerwru wara li l-ajruplan li kienu qed jivvjaġġaw fuqu qabad u niżel mad-9,000 metru ‘l isfel f’daqqa. It-titjira, li telqet minn Atalanta, esperjenzat dak li jissejjaħ…

Kurżitajiet

Kok f’ristorant fl-istat Amerikan ta’ Maine ammetta li qabel isajjar l-awwisti, ibellgħalhom il-Kannabis biex ma jsofrux wisq meta jsajjarhom. Id-deċiżjoni tal-kok waslet wara li skopra li anke l-awwisti jbatu u…

Kurżitajiet

Fir-riżerva naturali tal-Maasai Mara tfaċċat żebra rari….flok bi strixxi bojod u suwed….b’tikek bojod fuq sfond iswed.   Il-ferħ ta’ żebra skantat lil bosta bid-dehra tagħha u ngħatat l-isem ta’ Tira,…

Aktar