MEUSAC
Xi jmissha tagħmel l-UE? Ir-risposta minn April permezz tal-MEUSAC fuq tvm.com.mt

Xi jmissha tagħmel l-Unjoni Ewropea? X’suppost tagħmel? X’tista’ tagħmel?  U x’inhi l-Unjoni Ewropea? Kif għandha tkun?  Tindaħal? Ma tindaħalx? U fiex?  X’futur għandha l-Unjoni Ewropea?

Dawn u ħafna mistoqsijiet oħra spiss titkellimhom waqt l-ikel, fil-ħwienet,  fuq ix-xogħol, fit-toroq, fil-gazzetti, it-TV u r-radju, u fil-midja soċjali.

Mistoqsijiet bħal dawn tqanqalhom ukoll meta tinqaras fuq xi dritt li tħoss li tnaqqarlek, meta tħoss li l-affarijiet mhux sejrin sew fl-Ewropa jew f’pajjiżna, jew meta tħoss li l-UE qed tindaħal iżżejjed fi ħwejjiġna.

Taf jew ma tafx, l-Unjoni Ewropea tolqtok fil-ħajja ta’ kuljum: fl-ikel li tiekol, meta tixtri jew tbigħ, meta ssiefer, l-iskart li tarmi wara biebek, il-ġugarelli u l-prodotti elettroniċi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà, u elf ħaġa oħra.

U aħna jaqblilna jew ma jaqblilniex inkunu fl-Unjoni Ewropea? Jaqblilna li jkollna ħafna regoli, jew aħjar inkunu għalkollox rajna f’idejna? X’saħħa għandu pajjiż żgħir bħal tagħna b’inqas minn 0.1% tal-popolazzjoni tal-Unjoni? Jew dan ifisser li għalkemm żgħar għandna siġġu mal-mejda li jiswa daqs l-ikbar Stati Membri? Jaqblilna biss inkunu membri għax nieħdu l-fondi, li bihom stajna nagħmlu ħafna proġetti?

Kun af dwar dawn u aktar mill-paġna ġdida f’dan is-sit elettroniku tvm.com.mt bil-kontribut tal-MEUSAC. Biha se tkun tista’ ssegwi aħbarijiet u informazzjoni mill-Unjoni Ewropea biex tifhem aħjar x’inhi din l-Unjoni li int ċittadin/a tagħha.

Minbarra affarijiet kurrenti li jkunu għaddejjin, il-MEUSAC se jkun qiegħed jikkontribwixxi b’artikli, filmati u informazzjoni grafika dwar l-Unjoni Ewropea, li ta’ kuljum qiegħda taffettwana b’xi mod jew ieħor; Unjoni Ewropea li bħala pajjiż ilna Membri tagħha 15-il sena.

Segwi din il-paġna u għidilna x’tixtieq tkun taf jew x’tixtieq aktar fuq [email protected] jew https://www.facebook.com/meusacmalta.

 

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Sport

Fit-tielet logħba tagħhom fil-Kampjonat tal-Amateurs, it-tim ta’ Syria Gżira FC kiseb l-ewwel rebħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Fleur De Lys FC. Il-player Lucky Chizobor skurja żewġ gowls filwaqt li Julius…

Saħħa

Ilbieraħ filgħaxija għadd ta’ nies nġabru quddiem iċ-Ċentru Esplora fil-Kalkara għal mixja simbolika bħala parti mix-xahar iddedikat għall-għarfien dwar il-kanċer tas-sider, magħruf bħala Pink October. Din is-sena n-nisa u l-irġiel…

Brexit

Wara dibattitu f’sessjoni straordinarja fil-House of Commons, il-membri parlamentari ivvutaw favur mozzjoni li tobbliga lill-Prim Ministru biex jitlob estensjoni mill-Unjoni Ewropea għal Brexit. Dan sakemm il-ftehim għall-ħruġ mill-Unjoni Ewropea jiġi…

Lokali

L-invażjoni Torka fit-Tramuntana tas-Sirja ġiet ikkundannata mill-komunità Kurda f’Malta li bl-appoġġ tal-Moviment Graffitti organizzaw manifestazzjoni paċifika quddiem l-Ambaxxata Torka fil-Floriana. Huma kkundannaw dak li sejħu bħala assalt brutali u mingħajr…

Aktar