Teknoloġija
Xi nkunu qed infissru meta ngħidu business email compromise?

Din hija prattika malizzjuża li ssir meta xi individwu jaċċessa l-kont tal-email tax-xogħol ta’ persuna oħra u jimita l-identità tas-sid tal-kont b’intenzjoni li jiffroda l-kumpanija konċernata. Jirnexxielu jagħmel dan billi jibgħat email qarrieqa li tirrapreżenta kollega jew klijent fdat lill-impjegati speċifiċi. L-email ikollha struzzjonijiet ċari biex jiġu approvati pagamenti jew biex tiġi rilaxxata data ta’ klijent. L-email tkun magħmula b’tali mod li tqarraq bil-vittma u ġġiegħelu jgħaddi xi fondi jew data fuq il-kont tal-frodista.

Għalhekk huwa importanti li nagħtu attenzjoni xierqa lejn l-indirizzi tal-email u qatt ma għandna nafdaw sorsi li ma nafux.

Żomm kull dettal taħt għajnejk!