Statistika
Xi prodotti qed nimpurtaw u nesportaw l-iktar?

Is-sena li għaddiet, Malta impurtat kważi d-doppju ta’ dak li ġie esportat. Ċifri proviżorju tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-iżbilanċ kummerċjali ta’ Malta s-sena li għaddiet żdied b’aktar minn €400 miljun.

Iċ-ċifri juru li l-importazzjoni naqset bi ftit aktar minn €5 miljun waqt li l-esportazzjoni naqset bi kważi €409 miljun.  L-iżbilanċ kummerċjali żdied għal aktar minn €2,858 miljun. L-aktar prodotti importati minn Malta kienu l-makkinarju, iż-żejt u l-ikel.

Miċ-ċifri tal-NSO joħroġ li fir-relazzjonijiet kummerċjali mal-imsieħba fl-Unjoni Ewropea, Malta impurtat l-iżjed prodotti mill-Italja u esportat l-iżjed lejn il-Ġermanja.

Fil-kummerċ ma’ pajjiżi mhux fl-Unjoni Ewropea, Malta importat l-iżjed miċ-Ċina u esportat l-iżjed lejn il-Libja.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Saħnu l-irjus fix-Xlendi, f’Għawdex wara li turist ħebb għal xufier ta’ double-decker. L-inċident seħħ ilbieraħ fl-16:00 waqt l-attività tradizzjonali tal-ġosta li sseħħ ta’ kull sena fil-bajja. Mhux magħruf għala t-turist…

Kronaka

Anzjan ta’ 75 sena residenti l-Pietà tilef ħajtu meta waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ ftit wara s-sebgħa ta’ llejla meta l-anzjan instab mal-art fl-inħawi ta’ ġnien li jinsab…

Lokali

Fil-ġranet li ġejjin, l-awtoritajiet tas-saħħa mistennija jagħmlu funeral tal-foqra lil erba’ persuni, li tlieta minnhom għandhom il-karta tal-identità Maltija li ilhom aktar minn xahrejn abbundannati fil-kamra mortwarja. Ma’ TVM, id-Direttur…

Aktar