Solidarjetà
Xi sfida ta’ 100 kilometru se jagħmlu żewġ żgħażagħ?

Żewġ żgħażagħ li għandhom passjoni għal sport differenti – wieħed għar-rugby u l-ieħor għall-għawm – se jippruvaw jaqdfu 100km bejniethom biex jiġbru fondi għall-fondazzjoni li toffri l-ikel lil dawk fil-bżonn.

Għalkemm l-agħar tal-pandemija jidher li għadda, individwi u familji Maltin għadhom ma ġewx fuq saqajhom minħabba tnaqqis fid-dħul li f’xi ċirkostanzi qed iwassal biex jiċċaħdu mill-aktar affarijiet bażiċi fosthom l-ikel.

Biex tassigura li f’dan iż-żmien ta’ sfida kulħadd ikollu x’jiekol, il-Fondazzjoni Foodbank Lifeline qed toffri ikel u xirjiet lil aktar minn 300 familja fil-ġimgħa permezz tal-erba’ ċentri ta’ tqassim li għandha fil-Belt, Birkirkara, il-Qawra u Raħal Ġdid.

“Xtaqna nagħtu kontribut biex ngħinu kif nistgħu,” qal Matt Camilleri li se jaqdef 50km għall-karità.

Anthony Bajada li hu Personal trainer u Matt Camilleri li hu fiżjoterapista ddeċidew li bil-għan li jiġbru aktar fondi għal din il-Fondazzjoni, nhar il-Ħadd li ġej jidħlu għal sfida diffiċli li sa issa ħadd ma pprova jagħmel f’Malta.

“We wanted to get together and do something people haven’t done before which is rowing 50km each up making up to 100km total in order to generate our community to contribute towards a good cause,” qal Anthony Barraja li ukoll  se jaqdef 50km għall-karità.

Bħal kull eżerċizzju fiżiku ieħor, il-qdif fuq magna jew kif magħruf ‘indoor rowing’ għandu ħafna benefiċċji għall-ġisem fosthom li bih tħaddem ħafna mill-muskoli u ma tagħmel l-ebda impatt fuq il-ġoki. Iżda għal Anthony u Matt din daqslikieku qed jiġru tul ta’ ftit aktar minn maratona.

“Mhux sport faċli, kull min intefa’ fuq rower bħal dan jaf li anke distanzi qosa jistgħu ikunu diffiċli ħafna u distanza twila bħal din li għadha qatt ma saret ħa tkun sfida kbira ħafna,” qal Matt Camilleri.

Matt Camilleri li hu player nazzjonali tar-rugby qed jittama li jagħmel l-isfida f’madwar erba’ sigħat waqt li Anthony Bajada qed jitħarreġ biex jagħmilha f’madwar tliet sigħat u nofs.

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

Tliet proġetti b’budget ta’ aktar minn €60,000 bejniethom minn fondi tal-Unjoni Ewropea ħallew fiż-Żejtun wirt restawrat fil-knisja, tagħmir ġdid fosthom għat-tagħlim tal-mużika f’wieħed mill-każini tal-banda, waqt li grupp ta’ żgħażagħ…

Edukazzjoni

Tul is-sena akkademika li għaddiet, l-Università ta’ Malta kellha madwar 1,500 student internazzjonali jsegwu xi kors. Bħall-istudenti kollha, din is-sena l-istudji tagħhom kienu affettwati mill-pandemija. F’dawn iċ-ċirkustanzi madwar terz mill-istudenti…

Pulizija

Pulizija li jirrapporta pulizija ieħor li jkun qed jabbuża jew jixxaħħam mhux se jibqa’ jirriskja li jittieħdu passi kontrih. Dan wara li fuq rakkomandazzjoni tal-GRECO saret bidla fil-liġi biex fi…

Aktar