MEUSAC
Xi tfisser għalik l-Unjoni Ewropea? Tħossok parti minnha?

Fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika fl-Unjoni Ewropea, 82% tal-Maltin intervistati qalu li jħossu li huma ċittadini tal-Unjoni. U 76% minnhom qalu li jixtiequ jkunu jafu aktar dwar id-drittijiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Dan juri interess qawwi f’dak li tfisser u tagħmel l-Unjoni f’pajjiżna.

Il-MEUSAC hi impenjata biex tqarreb aktar liċ-ċittadini fil-Gżejjer Maltin lejn l-Unjoni Ewropea u tgħarrafhom dejjem aktar b’dak li jkun qiegħed jiġri, u kif jistgħu jieħdu l-aħjar mis-sħubija ta’ Malta.

It-tixrid tal-informazzjoni hu pilastru importanti tal-ħidma tal-MEUSAC. Tant hu hekk li mis-sena l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea għażlet lill-MEUSAC biex tmexxi Ċentru ta’ Informazzjoni ‘Europe Direct’ li flimkien ma’ tnejn oħra f’Malta u Għawdex, u mal-400 ċentru ieħor fl-Unjoni Ewropea, iservu bħala għodda biex tinxtered l-informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea.

Europe Direct Valletta jipprovdi l-informazzjoni b’diversi modi: b’kampanji fuq il-mezzi tax-xandir, b’attivitajiet varji u għal kull età jew settur, bit-tqassim ta’ pubblikazzjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea u permezz ta’ kuntatt personali ma’ kull min ikun jixtieq.

Bis-servizzi li joffri Europe Direct Valletta, il-MEUSAC tippromwovi ċittadinanza Ewropea li hi aktar attiva u infurmata. Dan isir bil-koperazzjoni ma’ ċentri oħra speċjalizzati f’Malta li joffru s-servizzi tagħhom lill-konsumaturi, lin-negozji, NGOs, kunsilli lokali u l-pubbliku.

Biex nuru d-diversità ta’ dawn is-servizzi u biex il-pubbliku jkun jaf liema huma ċ-ċentri f’Malta li joffru informazzjoni u servizzi oħra marbuta mal-UE, fid-9 ta’ Mejju – Jum l-Ewropa – se norganizzaw attività quddiem il-Parlament fil-Belt Valletta, li matulha se jkun hemm f’post wieħed iċ-ċentri ta’ informazzjoni li joffru dawn is-servizzi. Għalhekk qed insejħulha Fiera taċ-Ċittadini. L-attività se tkun għaddejja bejn id-9am u s-1pm.

Din hija opportunità għal dawk li huma interessati li jkunu aktar infurmati u aġġornati dwar dak li jkun qiegħed iseħħ fl-UE u f’pajjiżna.
Għal iktar informazzjoni tista’ tidħol fis-sit www.europedirectmalta.info, tibgħat email fuq [email protected], jew iċċempel 2200 3316.

 

Tagħrif miġbur minn:

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Il-Ministru Michael Falzon iddikjara li minn dak li deher s’issa, kollox qed jindika li l-Partit Laburista kiseb maġġoranza assoluta. F’kumment li ta lil TVM, il-Ministru Falzon, li għandu esperjenza twila…

Lokali

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo qal li jekk iċ-ċifri ta’ kemm ħarġu jivvotaw fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew huma korretti, jidher li f’ċertu distretti li huma predominanti Nazzjonalisti ma ħarġux jivvotaw…

Elezzjoni

Il-proċess tal-għadd tal-voti llum qed jara tibdil ġmielu, hekk kif għall-ewwel darba l-voti se jingħaddu bi scanners apposta. Il-kaxxi bil-voti li mal-lejl twasslu fiċ-ċentru tal-għadd tal-voti fin-Naxxar ittieħdu ħdejn l-imwejjed…

Elezzjoni

Id-deputat Hermann Schiavone qed ibassar dik li ddeskriva bħala rebħa kbira għall-Partit Laburista. Hermann Schiavone ssospenda lilu nnifsu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista f’April li għadda wara kontroversja. F’kollegament telefoniku waqt xandira…

Aktar