Politika
Xi żviluppi kien hemm dwar l-elezzjoni tal-Mexxej tal-Partit Laburista?

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ħabbar formalment li se jitfa’ n-nomina għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.

Il-Ministru Ian Borg u għadd ta’ membri oħra tal-kabinett ddikjaraw pubblikament li qed jappoġġjaw il-kandidatura ta’ Chris Fearne.

Mill-banda l-oħra, id-Deputat Robert Abela li wkoll qed jissemma li jista’ jikkontesta, qal li b’umiltà lest joffri ftit milli jaf biex ikun parti mill-bidla u stqarr li mhu lest ikun parti mill-ebda patt imxajtan li bih jixtri xi siġġu komdu għalih u jbigħ lil pajjiżu jew il-Partit Laburista.

Id-Deputat Prim Ministru, Chris Fearne, temm l-ispekulazzjonijiet u ħabbar formalment li wara li tkellem mal-familja u numru kbir ta’ persuni, iddeċieda li jitfa’ n-nomina tiegħu fl-elezzjoni għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.

F’post fuq il-midja soċjali tiegħu, Dr Fearne qal li dan hu mument storiku għall-pajjiż u għall-partit Laburista għaliex fi kliemu jinsabu f’salib it-toroq u l-għażliet li se isiru f’dawn il-jiem, se jkollhom effett kbir fuq il-futur. Qal li hu sema’ s-sejħa tal-pajjiż u tal-partit.

Wiegħed li se jnaddaf isem Malta minn kull tebgħa u jara li toħroġ il-verità sħiħa u ssir il-ġustizzja kollha waqt li l-istituzzjonijiet tal-pajjiż jitmexxew b’integrità, indipendenza u separati minn xulxin. Il-Ministru Fearne qal li se jerfa’ l-piż iżda jistenna l-istess mingħand kulħadd.

Il-Ministru għas-Saħħa qal li kif ilu jagħmel għal dawn l-aħħar 40 sena, se jara li fil-Partit Laburista tirrenja l-għaqda biex fi kliemu l-Partit ikompli jirbaħ l-elezzjonijiet. Qal li hu se jara li Malta terġa’ tiġi l-ewwel u qabel kollox filwaqt li lest jaħdem ma’ kull min hu integru, għandu rieda tajba u sens ta’ stat. Temm jgħid li t-triq hija twila u għat-telgħa, iżda biex iwettaq dan kollu għandu bżonn lil kulħadd spalla ma’ spalla miegħu.

Ftit minuti wara, il-Ministru Ian Borg li kien qed jissemma li jista’ jikkontesta għall-ogħla kariga fi ħdan il-Partit Laburista ddikjara li jappoġġja lil Dr Fearne. Dr Borg qal li ħaseb ħafna u l-kuraġġ li għamlulu sħabu fil-Partit u fil-Gvern, ituh iżjed saħħa u enerġija biex jaħdem sabiex il-Partit Laburista jkompli jmexxi l-pajjiż.

Kien hemm Ministri u deputati ohra li ddikjaraw l-appoġġ tagħhom għall-kandidatura ta’ Dr Fearne.

Id-Deputat Robert Abela li wkoll qed jissemma li jista’ jikkontesta, qal li lest joffri ftit milli jaf biex ikun parti mill-bidla u stqarr li mhu lest ikun parti mill-ebda patt imxajtan li bih jixtri xi siġġu komdu għalih u jbigħ lil pajjiżu jew il-Partit Laburista wara dik li fisser bħala l-iskuża falza tal-għaqda. Dr Abela qal li l-poter ma jagħmilx bih u argumenta li l-għaqda tinżamm bl-onestà, bl-irġulija u billi timxi bil-korrettezza. Staqsa kif jista’ jkun li minn dan l-inkwiet, ħadd ma tgħallem xejn.

In-nomini għall-elezzjoni ta’ mexxej tal-Partit Laburista jibdew jintlaqgħu nhar it-Tnejn li ġej u jagħlqu l-Erbgħa.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar