COVID-19
X’impatt qed iħalli fuq il-moħħ tal-bniedem il-Covid-19?

Puplesija, delirju, ansjetà, konfużjoni, għejja, u l-lista tkompli. Il-Covid-19 mhix biss marda respiratorja! Ma kull ġimgħa li tgħaddi, qed joħroġ aktar ċar kemm il-coronavirus jista’ jwassal għal problemi newroloġiċi.

Il-maġġoranza tan-nies fir-Renju Unit li mardu ħafif bil-Covid-19, ilmentaw mill-impatt konjittiv tal-marda bħal problemi bil-memorja, b’għejja u d-diffikultà li sabu biex jibqgħu iffukati. Iżda kien hemm problemi li huma ħafna aktar ta’ tħassib għat-tobba.

Studju minn The Lancet Psychiatry sab kumplikazzjonijiet f’125 pazjenti li mardu serjament bil-Covid-19 u li kienu rikoverati fi sptarijiet fir-Renju Unit. Kważi nofshom sofrew minn puplesija minħabba ‘blood clot’ filwaqt li oħrajn kellhom infjammazzjoni fil-moħħ, psikożi jew sintomi simili għad-dimensja.

It-tobba osservaw li puplesija f’pazjenti li jkunu mardu bil-Covid-19 tkun kaġun ta’ ‘blood clot’ li ħafna drabi taqta’ l-provista tad-demm lil żoni vitali tal-moħħ.

Innotaw li waqt il-perjodu tal-lockdown, kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ emerġenzi minħabba attakk ta’ puplesija. Iżda fi ftit taż-żmien wara, newroloġi fir-Renju Unit bdew jikkuraw pazjenti li kellhom il-coronavirus u li tagħthom puplesija qawwija. Qalu li dawn l-attakki ma kinux marbuta mal-fatturi riskjużi tas-soltu bħal pressjoni għolja jew dijabete iżda f’kull każ innotaw livelli għoljin ta’ ‘blood clots.’

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Barranin

Fil-Libanu, il-Gvern irriżenja fost rabja kbira mill-poplu minħabba l-isplużjoni tat-Tlieta li għadda li qerdet partijiet minn Bejrut u qatlet mal-200 persuna. Mas-6,000 oħra sfaw feruti, waqt li 300,000 spiċċaw bla…

COVID-19

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li minn meta daħal fis-seħħ l-avviż legali l-ġimgħa li għaddiet, diġà nħarġu ħames multi ta’ €3,000 ‘l waħda għal organizzaturi ta’ attivitajiet, restoranti…

Aktar