Xogħol
X’inhi l-fehma tal-Awditur Ġenerali dwar l-iskema ta’ xogħol fil-komunità?

L-iskema ta’ xogħol fil-komunità li bdiet fl-2016 kienet taħt il-lenti tal-Awditur Ġenerali li f’rapport li ippreżenta lill-Ispeaker ta ċertifikat pjuttost tajjeb lill-iskema għalkemm iħeġġeġ lill-entitajiet governattivi involuti biex itejjbu l-moniteraġġ u jagħmlu indikaturi tal-produttività mistennija mill-ħaddiema fl-iskema.

L-iskema ta’ xogħol fil-komunità li saret biex itejjeb l-opportunità ta’ xogħol għal persuni żvantaġġjati fis-soċjetà bejn l-2016 u l-2018 swiet lill-Gvern mat-tletin miljun ewro. Dan joħroġ mir-rapport tal-Awditur Ġenerali, Charles Deguara li ġie ippreżentat fil-Parlament. F’eżerċizzju ta’ verifika li sar mill-Uffiċċju tal-Awditur instab li sa Settembu li għadda, fl-iskema kien hemm jaħdmu 839 persuna, 505 f’Malta u 334 f’Għawdex. Dawn qed jagħmlu xogħlijiet mal-Kunsilli Lokali, fi skejjel, ma’ għaqdiet mhux governattivi u ma’ entitajiet pubbliċi, bl-aktar numru tagħhom qed assenjati fuq xogħlijiet fi skejjel u ma’ entitajiet pubbliċi l-aktar f’Għawdex.

L-Awditur innota li mindu bdiet l-iskema fl-2016, 42 persuna sabu impjieg f’postijiet oħra. Ħafna mill-ħaddiema fl-iskema għandhom aktar minn 45 sena u wħud minnhom kien ilhom snin jirreġistraw qabel bdew jaħdmu fl-iskema. L-Awditur jgħid li għalkemm kien hemm bosta riskji assoċjati ma’ din l-iskema, xorta waħda nstab li kienet ekonomikament vijabbli , anke jekk l-implimentazzjoni tagħha tat riżultati varji.

L-Awditur iċċertifika li l-iskema ssodisfat il-prinċipji ewlenin ta’ valur għall-flus u jispjega li l-iskema ssodisfatt ukoll il-kriterji makroekonomiċi għax dawn l-impjiegi kkontribwew għal żieda fil-finanzi tal-Gvern u għat-tkabbir ekonomiku għax persuni li ma kienux produttivi għal ħafna snin daħlu fid-dinja tax-xogħol. Waqt li jagħmel osservazzjonijiet fuq kif l-iskema tista’ titħaddem aħjar, l-Awditur jistqarr li l-iskop m’għandux ikun biss li numru ta’ persuni żvantaġġjati jinqatgħu mir-reġistru tal-qgħad billi jiġu impjegati fl-iskema iżda li din isservi biex ittejjeb l-opportunitajiet ta’ impjieg għal dawn il-ħaddiema f’setturi aktar produttivi.

 

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar