Lokali
X’inhi r-riċetta għall-imħabba dejjiema?

Koppji anzjani huma xempju li l-imħabba dejjiema mhix dik tal-kartolini, fjuri, ġojjelli u ikliet imma tinħema fuq ir-rispett, il-paċenzja, u s-sagrifiċċju. TVM tkellem ma’ żewġ koppji li dan jafuh sewwa u li ċċelebraw Jum San Valentinu b’ikla speċjali.

Għal Stella u Joseph Portelli, li din is-sena jagħlqu 57 sena miżżewġa, l-imħabba tmur ferm lil hinn mill-fjuri u rigali b’doża romantika li jispikka f’Jum San Valentinu. L-għeruq tal-imħabba għal din il-koppja huma rispett, sagrifiċċju, impenn u paċenzja.

”Paċenzja u taċċetta d-difetti ta’ kulħadd għax jien għandi difetti, kulħadd għandu difetti tiegħu. Naċċettaw li aħna.”

Għalkemm kif qal lis-Sur Portelli, il-festa ta’ San Valentinu mhix ta’ żmienhom, iżda xorta waħda ċċelebraw ma’ 47 koppja oħra f’ikla speċjali li ġiet organizzata minn Caremalta għal koppji residenti fid-djar tagħhom.

Dawn il-koppji huma xhieda li l-imħabba kibret magħhom. . . min-namur sakemm jaslu fil-fażi li jiddependu minn xulxin.

Lucy u Lars Sonensen, li ilhom 41 sena miżżewġa, jafu sewwa xi jfisser dan. Lucy qalet li mindu żewġha ma baqax jitkellem minħabba d-dimensja – il-kuntatt tal-idejn sar għandu sinifikat aktar minn qatt qabel.

“Xejn ma ngħidlek 41 sena qatt ma naf li rqadt waħdi. Għamilt 25 sena Sweden jien imma mix-xogħol għad-dar kien jiġi dejjem lanqas ħbieb xejn u għadna s’issa magħqudin nirringrazzja ‘l Alla. Arana anke d-dar hand in hand u biex jorqod hand in hand ukoll.”

Lucy qalet li l-imħabba bejniethom baqgħet soda għax sa mill-ewwel ġurnata fittxew li jikkuntentaw lil xulxin.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħarġu 55 każ ġdid u fiequ 13-il persuna. B’hekk b’kollox hawn 528 każ attiv. Dan wara li saru rekord ta’ swab tests – 2,485. Fl-aġġornament mediku, il-Ministeru…

Lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Silvio Parnis ħabbar li se ssir is-seba’ edizzjoni tal-Premju Anzjanità Attiva 2020, b’din id-darba se jiġu ntrodotti żewġ premji ġodda, Premju għall-anzjanità attiva…

Edukazzjoni

Nhar l-Erbgħa, it-12 ta’Awwissu, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bi sħab mal-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar, nediet kompetizzjoni bil-għan li tkompli tqajjem kuxjenza fuq l-importanza li nibżgħu għall-bajjiet u l-ambjent marittimu…

COVID-19

Ta’ kuljum qed isiru ammonti kbar ta’ testijiet għall-coronavirus. F’dan ix-xenarju, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed mill-ġdid ifakkar li dawk il-persuni li jkunu qed jistennew biex jagħmlu t-test, jew ikun…

Aktar