Brexit
X’inhu l-futur taċ-ċittadini Ingliżi f’Malta wara Brexit?

It-tħassib taċ-ċittadini Ingliżi f’Malta u Għawdex dwar il-Brexit inħass f’laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Għolja Ingliża f’Għawdex. Waqt li staqsew mistoqsijiet dwar il-futur tagħhom f’Malta, esprimew is-sodisfazzjon dwar l-arranġamenti li għamel il-Gvern Malta għalihom li ntlaqgħu wkoll mill-Kumissarju Għoli Ingliż għal Malta.

Bil-biċċa l-kbira taċ-ċittadini Ingliżi li jgħixu f’pajjiżi Ewropej jinsabu fuq ix-xwiek dwar is-sitwazzjoni tagħhom wara li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u ma jibqgħux kunsidrati bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Madankollu mhux l-istess għaċ-ċittadini Ingliżi li jgħix f’Malta u Għawdex għax f’laqgħa organizzata mill-Kummissjoni Għolja Ingliża deher li huma sodisfatti bl-arranġamenti li tħabbru għalihom mill-Gvern Malti.

F’kummenti ma’ Television Malta, qalu li apprezzaw fost oħrajn il-permessi tar-residenza li ser jingħataw u l-aċċess tas-servizzi tas-saħħa. Qalu li b’dan iħossuhom stmati u milqugħa f’Malta.

Joanna White, mill-British residents’ Association qalet “I think the Maltese government have reacted really really well to what is a very difficult situation.We can’t complain about the healthcare, we have been at the receiving end, several times, we can’t complain at all, probably better than the UK. I have no concerns whatsoever, I feel fully supported by the Maltese Government and the British High Commision. I think it makes us feel a lot safer.”

Il-Kummissarju Għoli Ingliż Stuart Gill qal li l-arranġamenti li għamel il-Gvern Malti huwa sinjal tal-qrubija u ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi.

“We are pleased that Prime Minister Joseph Muscat has done just that with his announcement a few weeks ago about the protection of rights of citizens resident here in the event of no deal, in fact he said that he wanted Malta to be the most UK friendly member state in the European Union and we found from this event that the British citizens are reassured that those plane are in place” qal il-Kummissarju Għoli Ingliż.

Żied jgħid li l-Kummissjoni Għolja Ingliza ser tkun qiegħda ssaħħaħ l-operat tagħha f’Malta fejn hawn mat-13,000 ċittadin tar-Renju Unit.

Il-Kummissarju Għoli Ingliż qal “post Brexit the bilateral relationship between the UK and Malta is going to be increasingly important and I think it will get stronger, and that is quite a statement, because it is very strong already, we have a great shared history, we think and believe largely the same things, we have a close commercial relationship and of course lots of Brits live here. So I am looking forward to an even closer relationship with Malta after Brexit and I and my colleagues are working very hard for that.”

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien fost l-ewwel mill-mexxejja Ewropej li kellu laqgħa mal-Prim Ministru May, f’serje ta’ laqgħat li qed ikollha f’Londra mal-mexxejja Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar