Lokali
X’inhu s-sigriet tal-imħabba?

Sitt koppji. Mijiet ta’ snin żwieġ bejniethom. Sigriet wieħed. Sagrifiċċju u mpenn li jirrendu f’imħabba li taf tegħleb kull ostaklu.

Hawn min l-imħabba għalihom tfisser id-dehra u r-rigal, bis-sagriffiċju u l-impenn ħafna drabi jingħataw il-ġenb.

Lucy Sorenson qaltilna li hija qatt ma kellha ħsieb tiżżewweġ sakemm jum fost l-oħrajn iltaqgħet ma’ Lars waqt li kien fuq btala ta’ jumejn f’Malta qabel mar lura l-Iżvezja. Din is-sena Lucy u Lars għalqu 40 sena miżżewġin, b’Lucy tgħidilna li ma titlaqlu jdejh qatt.

“Iltqajna l-Ġimgħa u telaq il-Ħadd u bqajna nikkorispondu. Imbagħad ġie Malta u sar Nisrani u ħadna l-engage, imbagħad iżżewiġna.” Mistoqsija kif kienu jikkorispondu hija qalet “bit-telefon u bl-ittri, qatt ma kellu moħħ iż-żwieġ, kellu jkun minn Alla.”

Koppji li ilhom miżżewġin 60 sena qalulna x’inhi ċ-ċavetta għar-relazzjoni dejjiema li tegħleb l-ostakli kollha jiġu quddiema.

Għal dawn, is-sigriet tal-imħabba mhux f’Jum San Valentinu biss, sabuha ‘l bogħod mill-affarijiet materjali u viċin iktar ir-rispett u s-sagrifiċċju.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar