Konsumatur
X’inhuma d-drittijiet tal-passiġġieri li l-vjaġġi tagħhom tħassru minħabba l-pandemija?

Fi żmien xahar, ir-rotot kollha se jkunu miftuħin għall-ivjaġġar bl-ajru, iżda il-COVID-19 laħqet ħarbet il-pjani tas-safar ta’ bosta.

Il-pjani ta’ bosta biex fl-aħħar xhur qattgħu ftit jiem barra il-pajjiż, sfaxxaw. Il-konsumaturi li l-vjaġġ tagħhom tħassar għandhom id-dritt li jingħataw il-flus lura, jew jingħataw voucher. Id-Direttur fi ħdan l-awtorità għall-affarijiet tal-konsumatur Odette Vella qalet lil TVM li l-awtorità kellha ‘il fuq minn 1,000 talba għall-informazzjoni, iżda irċiviet 22 rapport uffiċjali biss. Żiedet li huma ħeġġew lill-konsumaturi biex jipposponu l-vjaġġ għal data oħra, iżda qalet li skond il-liġi, il-klijenti għandhom dritt li jitolbu il-flus lura, b’obbligu li dawn jitħalsu fi żmien sitt xhur.

Is-Sinjura Vella qalet li f’każ fejn l-aġenzija tal-ivjaġġar ma tagħtix għażla bejn voucher jew flus lura, il-konsumaturi għandhom jagħmlu t-talba tagħhom bil-miktub mal-aġenzija u jekk fi żmien ġimgħa mid-data tal-ittra ma jiġux offruti rimedju skont il-liġi, jistgħu jagħmlu ilment mal-Uffiċċju tal-Konsumatur.

“La darba jinfetaħ ilment jinfetaħ process ta konċiljazzjoni. Jekk ma jintlaħaqx ftehim – hemm, il-konsumatur jista’ jressaq il-każ quddiem it-tribunal għat talbiet tal- konsumaturi u hemm titieħed deċiżjoni u legalment l-aġenzija trid timxi għad-deċiżjoni tat-tribunal,” qalet id-Direttur fl-awtorità għall-affarijiet tal-konsumatur, Odette Vella.

Is-Sinjura Vella qalet li kemm-il darba vjaġġ jista jsir la jerġgħu jibdew it-titjiriet, il-konsumaturi m’għandhomx dritt li jingħataw rifużjoni tal-flus li ħallsu, anke jekk ikunu obbligati jsegwu żmien ta’ kwarantina wara l-vjaġġ tagħhom. F’każ tal-ġiti s-sitwazzjoni taf tkun differenti.

“Jekk għandek cruise fejn għandek numru ta’ portijiet fejn kellek tinżel u iktar minn port wieħed ġie affetwat u int ma tistax tgawdi mill-vjaġġ tiegħek kif pjanajt oriġinarjament, il-vjaġġ jiġi meqjus li nbidel b’mod sinifikanti. Il-konsumatur għandu dritt li ma jsifirx, jew jiġi pospost il-vjaġġ jew jingħata flus lura,” kompliet is-Sinjura Vella.

Il-linji tal-ajru jridu jsegwu id-direttiva Ewropea, fosthom billi jridu jroddu l-flus lura jew joffru voucher f’każ li t-titjira ma tistax issir. Fi stqarrija, l-Airmalta qalet li ħassret aktar minn 5,000 titjira, li fixkel il-pjani tal-ivvjaġġar ta’ nofs miljun passiggier. L-Air Malta qalet li irċiviet aktar minn 40,000 talba biex jibbukjaw mill-ġdid jew jingħataw voucher.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar